Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Persuni jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-Aġenzija Sedqa

PR261098
Date Icon 30/06/2026


Tlettax-il persuna rnexxielhom iwettqu b'suċċess programm ta' riabilitazzjoni offrut mill-Aġenzija Sedqa. Programm offrut fuq medda ta' xhur u li jgħin lil dawn il-persuni joħorġu mid-dipendenza li jkollhom mid-droga.

Permezz ta' din iċ-ċerimonja, Sedqa ċċelebrat ukoll lil dawk l-entitajiet li permezz tal-isforzi tagħhom qed jikkontribwixxu għal soċjetà aktar sana, ukoll 'il bogħod minn kull tip ta' vizzji. 

Din iċ-ċelebrazzjoni annwali saret fil-preżenza tal-Eċċellenza tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, u l-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja, Michael Falzon.

Fid-diskors tagħha, Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, irrikonoxxiet il-vjaġġ straordinarju ta' reżiljenza, tama u bidla ta' kull wieħed u waħda minn dawk li ggradwaw, u fissret din is-serata bħala l-ewwel pass ta' bidu ġdid. Irrikonoxxiet ukoll l-għajnuna li s-Sedqa offriet lil dawk maħkuma mill-vizzji u l-impenn tal-aġenzija b'risq il-prevenzjoni. Fi tmiem id-diskors tagħha, il-President wasslet ukoll messaġġ li fis-soċjetà tagħna hemm bżonn jonqos il-preġudizzju. Kliemha kien li “min hu vittma jeħtieġ għajnuna u mhux kundanni."

Waqt din is-serata ngħataw ukoll rigali kommemorattivi li ħejjew l-istess residenti ta' Komunità Santa Marija u tifkiriet kommemorattivi li  jissimbolizzaw l-kunċett ta' responsabbiltà, rifless ta' empatija, rispett, mingħajr disprezz, distanza jew ġudizzju. Ċerimonja li matulha spikkaw numru ta' testimonjanzi ta' persuni li reġgħu kisbu lura ħajjithom u qed jgħixu ħajja sana 'l bogħod minn kull vizzju jew dipendenza.

II-Ministru Michael Falzon tkellem dwar ir-realtà soċjali li qed tolqot kemm individwi u kif ukoll familji, li sfortunatament qed jinqabdu f'dan il-vizzju. “Huwa għal dan il-għan li kontinwament ninvestu finanzjament kemm fi programmi bħal dawn u anke  professjonisti. L-għajnuna qiegħda hemm u għaldaqstant nappella lil dawk li qegħdin fi problema sabiex jagħmlu dan l-ewwel pass. Nuqqas ta' azzjoni tista' tfisser konsegwenzi ferm agħar aktar ma jidħol fil-fond il-vizzju," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti  spjega li matul l-2025, l-Aġenzija Sedqa għenet 2,037 persuna; filwaqt li sa nofs Ġunju ta' din is-sena, 1,832 persuna oħra ngħataw l-għajnuna mill-professjonisti ta' Sedqa. Tkellem ukoll dwar il-programmi ta' prevenzjoni fejn spjega li fl-2025 kien hemm 4,141 programm preventiv f'diversi setturi. Dan ifisser li dawn il-programmi laħqu aktar minn 27 elf persuna f'sena waħda. Għal matul din is-sena, s-Sur Grixti qal li sa issa diġà saru 1,313-il sessjoni jiġifieri taħriġ lil aktar minn 9,000 persuna.

Ritratti (MSF)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Persuni jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-Aġenzija Sedqa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Persuni jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-Aġenzija Sedqa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Persuni jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-Aġenzija Sedqa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Persuni jtemmu b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-Aġenzija Sedqa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow