Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Malta bl-ewwel edizzjoni tal-Logħob Mediterranju PingPongParkinson

pr261087
Date Icon 26/06/2026

40 parteċipant minn sitt pajjiżi jaslu Malta għal din l-edizzjoni ta’ table tennis – sport b’benefiċċji approvati għal dawk b’mard newrodiġenerattiv

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia laqgħet lill-40 parteċipant fl-ewwel edizzjoni tal-Logħob Mediterranju PingPongParkinson li qatt saret. Hija qalet li kienet proprju Malta li ġiet magħżula biex torganizza dan l-ewwel turnew tax-xorta tiegħu fil-Mediterran bejn il-Ġimgħa 26 sal-Ħadd 28 ta’ Ġunju. 

B’kollox se jkunu qed jipparteċipaw persuni minn sitt pajjiżi differenti: Malta, il-Ġermanja, il-Kroazja, l-Italja, Franza u Slovenja. 

Il-Ministru Farrugia qalet li “Pajjiżna jilqa’ b’sodisfazzjon dan it-turnew internazzjonali li jġib l-isport u sfida ta’ saħħa flimkien, f’ċelebrazzjoni ta’ ħajja aħjar u aktar attiva.” Hija fakkret li studji xjentifiċi juru kif fil-fatt il-logħob tat-table tennis kien ippruvat li huwa ta’ benefiċċju għal dawk il-persuni li jkunu għaddejjin mir-realtà tal-Parkinsons.

Innutat kif fil-fatt il-logħba tat-Table Tennis hija effettiva għal kull marda newrodiġenerattiva għax jgħin għal funzjonalità aħjar tal-moħħ u jnaqqas mill-iżolament li jgħaddu minnu persuni li jbatu minn mard bħall-Parkinsons. 

“Il-benefiċċji huma kemm fiżiċi, kif ukoll psikoloġiċi u anke soċjali. U kien proprju għalhekk li meta l-Alpha Tennis Klabb avviċina lill-Ministeru u staqsa għall-għajnuna aħna tajniha, u tajniha mill-qalb,” kompliet tgħid il-Ministru. 

Temmet l-indirizz tagħha billi qalet li din l-inizjattiva  hi prova ċara ta' kemm għaqdiet volontarji għandhom rwol importanti, li qed jirnexxielhom juru kemm l-isport hu lingwa li tgħaqqad pajjiżi differenti.

Il-PingPongParkinson International (PPP) twaqqfet fl-2017 u llum hija moviment attiv f’35 pajjiż li jippromovi  l-benefiċċji fiżiċi, mentali u soċjali ta’ persuni bil-Parkinsons. 

Għall-attività Katia Mifsud mill-Alpha Table Tennis Klabb  - li qed jorganizza l-avveniment flimkien mal-PPP – laqgħet lill-parteċipanti kollha. “Jien stess rajt il-benefiċċji enormi li jgawdu minnhom persuni li jkunu qed jiffaċċjaw l-isfida tal-Parkinsons u għax esperjenzajt l-atmosfera inkredibbli li tiddomina f’attivitajiet bħal dawn,” qalet is-Sinjura Mifsud. Hija qalet li l-organizzazzjoni tibqa’ ggwidata mill-motto ‘We may shake but we are unshakeable’ biex tara li dawn il-logħob organizzati f’Malta jkunu kontribut importanti ħalli b’hekk il-PingPongParkinson tilħaq aktar persuni madwar id-dinja. 

Imwaqqfa fl-2017 mill-mużiċist Nenad Bach, PingPongParkinson illum hija moviment internazzjonali attiv f’35 pajjiż, li jippromwovi l-benefiċċji fiżiċi, mentali u soċjali tat-table tennis għal persuni bil-Parkinson. Is-sur Bach – li kien preżenti għall-ftuħ ta’ dan il-logħob qal li huwa avveniment ta' importanza kbira għal kull min jieħu sehem, għax persuni li jgħixu b'dijanjosi tal-Parkinson iħossuhom aħjar meta jilagħbu t-table tennis u jqattgħu ħin flimkien. It-turnew ta' PingPongParkinson huma avvenimenti speċjali mimlijin ferħ u tama, fejn in-nies jilagħbu flimkien mhux biss biex jieħdu gost u jtaffu s-sintomi, iżda wkoll biex jappoġġjaw lil xulxin u jispiraw aktar persuni bil-Parkinson biex jibdew jipprattikaw dan l-isport. Nenad esprima l-apprezzament sinċier tiegħu għall-appoġġ tal-Ministeru lejn dan l-avveniment innovattiv u ta' impatt pożittiv.

It-turnew se jinkludi kompetizzjonijiet ta’ Singles, Doubles u Mixed Doubles, b’parteċipanti mqassma skont il-mobbiltà u l-esperjenza tagħhom biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Malta bl-ewwel edizzjoni tal-Logħob Mediterranju PingPongParkinson
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Malta bl-ewwel edizzjoni tal-Logħob Mediterranju PingPongParkinson
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Malta bl-ewwel edizzjoni tal-Logħob Mediterranju PingPongParkinson
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Malta bl-ewwel edizzjoni tal-Logħob Mediterranju PingPongParkinson
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow