Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ 166 kilogramma kokaina, 2,088 pillola ecstasy u 19-il kilo khat maqbuda fl-ewwel sitt xhur tas-sena

pr261086
Date Icon 26/06/2026

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-Pulizija Maltija  qabdu 166 kilogramma kokaina, 2,088 pillola tal-ecstasy (XTC), ammont li diġà qabeż it-total kollu maqbud matul l-2025, filwaqt li nqabdu wkoll 19-il kilogramma khat, li huwa daqs l-ammont kollu maqbud matul is-sena li għaddiet.

Dawn iċ-ċifri qalhom il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Bedingfield waqt li indirizza workshop organizzat mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Magħquda kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali Kontra l-Abbuż tad-Droga u t-Traffikar Illeċitu tad-Droga. Workshop  li ġie organizzat bis-sehem tal-Korp tal-Pulizija u l-Ordni Sovrana Militari ta' Malta.

Il-Ministru Bedingfield faħħar il-ħidma professjonali u bla waqfien tal-Korp tal-Pulizija, b'mod partikolari tal-Iskwadra ta' Kontra d-Droga, għall-impenn tagħhom biex iżarmaw ċrieki ta’ kriminali organizzati u jwaqqfu sustanzi illeċiti milli jaslu fit-toroq Maltin.

"Dawn ir-riżultati huma prova ċara tal-ħidma proattiva tal-Pulizija u tad-determinazzjoni tagħna li niġġieldu l-kriminalità organizzata u nipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-komunitajiet tagħna," sostna l-Ministru.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Bedingfield enfasizza li filwaqt li l-Mediterran huwa ċentru ewlieni għall-kummerċ u l-konnettività internazzjonali, il-pożizzjoni ġeografika tiegħu qed tiġi sfruttata wkoll minn ċrieki  kriminali involuti fit-traffikar tad-droga. Għalhekk, saħaq fuq il-ħtieġa ta' aktar kooperazzjoni internazzjonali, skambju ta' informazzjoni, investigazzjonijiet konġunti u koordinazzjoni kontinwa bejn il-pajjiżi u l-istituzzjonijiet internazzjonali.

Il-Ministru żied jgħid li l-infurzar waħdu mhux biżżejjed. Il-prevenzjoni, l-edukazzjoni, it-trattament u r-riabilitazzjoni għandhom jibqgħu pilastri ewlenin ta' strateġija nazzjonali komprensiva biex jiġu protetti l-komunitajiet, speċjalment iż-żgħażagħ, mill-konsegwenzi serji tal-abbuż tad-droga.

Fi tmiem l-indirizz tiegħu, il-Ministru tenna l-impenn ta' Malta li tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-UNODC, mal-istituzzjonijiet Ewropej u mal-pajjiżi ġirien sabiex flimkien jindirizzaw it-traffikar internazzjonali tad-droga, jolqtu l-profitti tal-kriminalità organizzata u jkomplu jsaħħu s-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ 166 kilogramma kokaina, 2,088 pillola ecstasy u 19-il kilo khat maqbuda fl-ewwel sitt xhur tas-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ 166 kilogramma kokaina, 2,088 pillola ecstasy u 19-il kilo khat maqbuda fl-ewwel sitt xhur tas-sena
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow