Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg iniedi l-kampanja THINK AORTA sabiex jitqajjem aktar għarfien dwar il-mard tal-aorta

PR261080
Date Icon 26/06/2026


Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Dr Ian Borg nieda l-kampanja internazzjonali THINK AORTA f'Malta waqt attività organizzata mill-Maltese Emergency Nurses' Association.

Il-kampanja għandha l-għan li tqajjem aktar għarfien dwar il-mard tal-aorta, kundizzjoni serja li taffettwa l-akbar arterja fil-ġisem u li tibqa' waħda mill-kawżi ewlenin ta' mwiet madwar id-dinja – sfortunatament għaliex ħafna drabi tiġi identifikata tard wisq. Filwaqt li Malta ngħaqdet ma' din l-inizjattiva llum, din il-kampanja qed titmexxa wkoll f'diversi pajjiżi bil-għan li jiżdied dejjem aktar l-għarfien dwar din il-kundizzjoni u b'hekk jiġu salvati l-ħajjiet.

Il-kampanja hija appoġġata mill-Association of Surgeons of Malta, l-Association of Emergency Physicians of Malta u l-Maltese Cardiac Society.

Fl-indirizz tiegħu, Dr Borg faħħar il-kollaborazzjoni bejn il-professjonisti tas-saħħa involuti f'din l-inizjattiva u enfasizza l-importanza tal-prevenzjoni u l-identifikazzjoni bikrija, mhux biss fejn jidħol il-mard tal-aorta iżda f'kundizzjonijiet oħra wkoll.

“Il-kampanja tal-lum tfakkarna f'messaġġ sempliċi iżda importanti: l-għarfien isalva l-ħajjiet. Ħafna kundizzjonijiet serji jiżviluppaw mingħajr sintomi evidenti, u għalhekk il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni bikrija jibqgħu fost l-aktar għodod b'saħħithom li għandna," qal Dr Borg.

Id-Deputat Prim Ministru rrefera wkoll għall-programmi nazzjonali ta' screening bħala eżempju konkret tal-investiment kontinwu tal-Gvern fil-prevenzjoni u fil-promozzjoni ta' stil ta' ħajja aktar b'saħħtu filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li jagħmlu parti mis-settur tas-saħħa.

“Nixtieq nirringrazzja lill-professjonisti kollha tas-saħħa għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom, b'mod partikolari meta jmexxu kampanji ta' għarfien bħal din. Nappella wkoll lill-pubbliku sabiex jaċċetta l-istediniet għall-iscreening, għaliex il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni bikrija jistgħu jagħmlu differenza li ssalva l-ħajja," sostna Dr Borg.

Id-Deputat Prim Ministru temm billi tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jappoġġa inizjattivi li jsaħħu l-prevenzjoni u jqajmu aktar għarfien dwar kundizzjonijiet serji, bil-għan li jkomplu jitjiebu r-riżultati tas-saħħa u jiġu salvati aktar ħajjiet.

L-attività ġiet indirizzata wkoll minn rappreżentant tal-kampanja internazzjonali THINK AORTA u professjonisti tas-saħħa lokali, li taw ħarsa lejn l-oriġini tal-kampanja, il-progress fir-riċerka dwar il-mard tal-aorta u l-ħtieġa li jkompli jiżdied l-għarfien dwar din il-kundizzjoni.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg iniedi l-kampanja THINK AORTA sabiex jitqajjem aktar għarfien dwar il-mard tal-aorta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg iniedi l-kampanja THINK AORTA sabiex jitqajjem aktar għarfien dwar il-mard tal-aorta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow