Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Gozo Channel Operations Ltd tippubblika sejħa għall-offerti kompetittiva għall-kiri ta' raba' vapur

PR261077
Date Icon 26/06/2026


Il-Ministeru għal Għawdex, permezz tal-Gozo Channel Operations Ltd, ippubblika sejħa kompetittiva għall-offerti għall-kiri ta' raba' vapur sabiex jopera fuq ir-rotta bejn Malta u Għawdex.

L-offerta hija maħsuba għall-kiri ta' raba' vapur permezz ta' ftehim ta' time charter, bil-għan li tissaħħaħ il-flotta eżistenti u jiġi żgurat servizz tal-vapuri affidabbli, effiċjenti u reżiljenti bejn iż-żewġ gżejjer.

Il-kuntratt li eventwalment jingħata se jkun għal perjodu inizjali ta' sentejn u huwa mfassal biex jattira firxa wiesgħa ta' operaturi billi japplika l-prinċipju tal-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità fl-evalwazzjoni tal-offerti.

Din l-inizjattiva tifforma parti mill-impenn kontinwu tal-Ministeru biex jissalvagwardja l-konnettività li hija essenzjali għal Għawdex. Il-vapur addizzjonali se jgħin biex jindirizza d-domanda dejjem tikber għat-trasport tal-passiġġieri u tal-vetturi, filwaqt li jikkontribwixxi biex jinżammu standards għoljin ta' servizz, affidabbiltà u frekwenza fir-rotta bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.

Il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jkompli jsaħħaħ il-konnettività ta' Għawdex, filwaqt li jagħraf l-importanza ċentrali tagħha għall-mobbiltà, l-attività ekonomika u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti u tan-negozji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow