Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizz.gov tniedi portal ġdid b'għodod intelliġenti għal servizzi aktar personalizzati

PR261073
Date Icon 25/06/2026


L-aġenzija Servizz.gov nediet verżjoni ġdida tal-portal tagħha, Servizz.gov.mt, b'għodod diġitali innovattivi mfassla biex jagħmlu l-aċċess għas-servizzi pubbliċi aktar sempliċi, personalizzat u relevanti għall-bżonnijiet taċ-ċittadini.

Is-sit, li matul is-sena li għaddiet irreġistra aktar minn 738,000 utent u ġġenera aktar minn żewġ miljun pageview, issa joffri numru ta' funzjonalitajiet ġodda li jkomplu jsaħħu l-esperjenza tal-utent.

Fost l-aktar karatteristiċi innovattivi hemm il-Benefit Finder, għodda intelliġenti li tgħin lill-utenti jidentifikaw servizzi u benefiċċji li jistgħu jkunu eliġibbli għalihom. Il-portal il-ġdid jorganizza wkoll is-servizzi pubbliċi skont avvenimenti importanti tal-ħajja, biex l-utent isib aktar malajr dak li għandu bżonn fil-mument opportun.

Barra minn hekk, il-pjattaforma tinkludi dashboards personalizzati, il-faċilità li wieħed jibbukkja appuntament online għal assistenza professjonali u individwali fuq taxxa u l-ġbir ta' karti tal-identità, kif ukoll chatbot li joffri assistenza immedjata. Is-servizzi kollha huma disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, qal li filwaqt li Servizz.gov.mt diġà kien imfittex ħafna mill-pubbliku, din il-verżjoni l-ġdida timmarka pass importanti lejn servizzi aktar iffukati fuq il-ħtiġijiet tal-utent.

“Dan l-investiment ikompli jsaħħaħ il-kwalità tas-servizzi li noffru liċ-ċittadini. Huwa wkoll pass ieħor fil-vjaġġ ta' trasformazzjoni diġitali li qed jagħmel is-Servizz Pubbliku, kif rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea li għal darb'oħra poġġiet lil Malta fl-ewwel post fl-Ewropa fis-servizzi governattivi online," qal is-Sur Sultana.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Servizz.gov, Massimo Vella, spjega kif it-tnedija tal-portal il-ġdid hija parti mill-istrateġija tal-aġenzija biex iġġib is-servizzi pubbliċi aktar qrib iċ-ċittadini.

“Qed ninvestu f'għodod diġitali li mhux biss jagħmlu s-servizzi aktar aċċessibbli, iżda li jgħinu wkoll lill-utenti jsibu aktar malajr dak li hu relevanti għalihom. L-għan tagħna hu li kull persuna tkun tista' taċċessa s-servizzi tal-Gvern b'mod aktar faċli, effiċjenti u personalizzat," temm jgħid is-Sur Vella.

Ritratti: Servizz.gov

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizz.gov tniedi portal ġdid b'għodod intelliġenti għal servizzi aktar personalizzati
STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizz.gov tniedi portal ġdid b'għodod intelliġenti għal servizzi aktar personalizzati
STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizz.gov tniedi portal ġdid b'għodod intelliġenti għal servizzi aktar personalizzati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow