Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Żewġ Kummissarji Għolja, Nunzju Appostoliku u Ambaxxatriċi jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

pr261068
Date Icon 24/06/2026

Żewġ Kummissarji Għolja, Nunzju Appostoliku u Ambaxxatriċi ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

L-Eċċellenza Tiegħu Mons. Wojciech Załuski, Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede,

L-Eċċellenza Tagħha, Ono Hikariko, Ambaxxatriċi tal-Ġappun,

L-Eċċellenza Tagħha, Regina Appiah-Sam, Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Ghana,

u

L-Eċċellenza Tiegħu, Veiccoh K. Nghiwete, Kumissarju Għoli tar-Repubblika tan-Namibja.

Waqt il-laqgħa tagħha man-Nunzju Appostoliku, li assuma wkoll l-irwol ta’ Dekan tal-Korp Diplomatiku f’Malta, l-Eċċellenza Tagħha ferħitlu u awguratlu għal aktar ħidma mill-qrib mas-Santa Sede.  Min-naħa tiegħu,  in-Nunzju Appostoliku enfasizza li s-Santa Sede tagħti importanza kbira lir-relazzjoni tagħha ma’ Malta u huwa kommess li jkompli jsaħħaħ dawn ir-relazzjonijiet.

Fil-laqgħa tagħha, l-Ambaxxatriċi tal-Ġappun innotat li Malta u l-Ġappun igawdu minn relazzjonijiet eċċellenti, imsaħħa aktar minn diversi inizjattivi u skambji sinifikanti. Min-naħa tagħha, il-President iffokat fuq il-prospetti għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-oqsma tal-kummerċ, tal-kultura u anke tat-turiżmu.  

Min-naħa tagħha, il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Ghana, li hi residenti f’pajjiżna, esprimiet ix-xewqa tagħha li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet sabiex tippromwovi l-kuntatti bejn in-nies u r-relazzjonijiet kulturali. Hija rreferiet għal opportunitajiet ta’ kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija, kif ukoll għal skambji interparlamentari, filwaqt li nnotat li ż-żewġ pajjiżi jistgħu jibbenefikaw minn qsim tal-esperjenzi ta’ xulxin. 

L-Eċċellenza Tagħha għarfet li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi ssaħħew tul is-snin, speċjalment bil-ftuħ tal-ewwel rappreżentanza Maltija fl-Afrika sub-Saħarjana f’Accra ftit tas-snin ilu. Hija qalet li hemm opportunità biex dawn ir-relazzjonijiet jissaħħu, u semmiet is-setturi tal-edukazzjoni u l-ospitalità bħala żewġ niċeċ li jistgħu jiġu esplorati.  Il-President semmiet ukoll l-importanza ta’ kooperazzjoni fil-Commonwealth u f’fora internazzjonali oħra.

Waqt il-laqgħa tiegħu mal-President ta’ Malta, il-Kummissarju Għoli tan-Namibja esprima x-xewqa li pajjiżu jespandi r-relazzjonijiet bilaterali f’diversi setturi, partikolarment fl-oqsma ekonomiċi, soċjali, tat-turiżmu u tal-edukazzjoni. B’mod partikolari, huwa nnota li s-sistema edukattiva tan-Namibja tista’ tieħu l-eżempju u l-esperjenza ta’ Malta u tadatta prattiċi f’dan il-qasam.

Min-naħa tagħha, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, qablet illi hemm lok biex issir ħidma ħalli jiġu esplorati oqsma ta’ kooperazzjoni, u aċċennat ukoll għall-importanza illi il-membri tal-Commonwealth jaħdmu biex mis-sħubija tagħhom fil-Commonwealth jibnu relazzjonijiet komuni meta jkunu f’fora internazzjonali oħra, bħal pereżempju fin-Nazzjonijiet Uniti.

Il-President Myriam Spiteri Debono ferħet lin-Nunzju Appostoliku, l-Ambaxxatriċi u Kumissarji Għolja  għall-ħatra tagħhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Żewġ Kummissarji Għolja, Nunzju Appostoliku u Ambaxxatriċi jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow