Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

pr261066
Date Icon 24/06/2026

Jibda x-xogħol fuq spazju miftuħ fil-Floriana

F’Masġar il-Ġubilew (Pinetum) fil-Floriana, fiż-żona magħrufa bħala Sa Maison, beda x-xogħol fuq żona ta’ madwar 58,000 metru kwadru. Is-sit huwa wieħed mill-aħħar glażiż fil-Gżejjer Maltin, b’rabta storika li tmur lura għal żmien il-Kavallieri. Dan tħabbar waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Ministru għall-Fondi Ewropej Keith Azzopardi Tanti. Għal bidu ta’ dawn ix-xogħolijiet kien hemm preżenti wkoll it-tim ta’ Project Green, is-Sindku tal-Floriana Nigel Holland u rappreżentanti tal-Kunsill Lokali.

Bħalissa beda x-xogħol ta’ tindif fuq is-sit kif ukoll beda xogħol ta’ restawr fuq in-Nissen Huts, li kienu nbnew mill-Ingliżi u li aktar tard intużaw bħala mħażen minn kumpanija tat-telekomunikazzjoni. Bħala parti mill-implimentazzjoni tal-masterplan tal-Ġonna Nazzjonali Botaniċi, dawn l-istrutturi se jinbidlu f’serer u ġonna botaniċi, u se jservu wkoll bħala ċentri ta’ taħriġ.

“Bi proġett wieħed wara l-ieħor qed inkomplu nipprovdu aktar spazji miftuħa għall-pubbliku. Din id-darba qed naraw ir-riabilitazzjoni ta’ sit li għal diversi snin kien abbandunat, u li issa, grazzi għall-ħidma ta’ Project Green, se jerġa’ jieħu l-ħajja. Fl-istess ħin, dan il-proġett se jkun qed jingħaqad ma’ sensiela ta’ proġetti oħra li qed jitwettqu fiż-żona tal-Port il-Kbir,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

"B'investiment b'saħħtu ta’ aktar minn €7.2 miljun f'fondi Ewropej, qed nagħtu ħajja ġdida lil din iż-żona storika fil-Floriana ta’ 58,000 metru kwadru. Il-fondi Ewropej huma għodda sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies — billi noħolqu aktar spazji miftuħa għall-familji, inżidu s-siġar, u fl-istess ħin inħarsu l-wirt storiku u l-ambjent tagħna b'mod sostenibbli,” tenna il-Ministru Keith Azzopardi Tanti.

David Ellul, Project Manager ta’ dan il-proġett, spjega li din ir-riabilitazzjoni hija pass importanti biex il-pubbliku jkun jista’ jgawdi spazju miftuħ ieħor li jgħaqqad l-wirt storiku mal-ambjent. “L-għan ta’ dan il-proġett huwa li nagħtu ħajja ġdida lil dan l-ispazju miftuħ, li għal diversi snin kien mitluq u espost għal abbużi. Permezz ta’ din ir-riabilitazzjoni, se nkunu qed noħolqu żoni rikreattivi għall-picnics, nirranġaw il-passaġġi u fl-istess ħin nirrispettaw it-topografija eżistenti tas-sit,” qal David Ellul.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow