Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titħabbar l-iskema Civil Society Fund għall-2026 b’għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji

PR261065
Date Icon 24/06/2026

Investiment ta’ €200,000 biex aktar għaqdiet jimirħu fuq skala Ewropea u internazzjonali

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia mill-ġdid ħabbret il-Fond għas-Soċjetà Ċivili (Civil Society Fund). 

Dan il-fond jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’ għaqdiet f’fora Ewropej u internazzjonali. Dan jinkludi fondi għal kollaborazzjoni ma’ għaqdiet barranin, inkluż sħubija f’assoċjazzjonijiet, networks u konfederazzjonijiet, attendenza f’konferenzi u laqgħat, kif ukoll taħriġ fuq dimensjoni Ewropea.

Il-Ministru Farrugia spjegat kif b’kollox bejn l-2021 u l-2025 gawdew minn dawn il-fondi 413-il benefiċċjarju b’investiment totali ta’ €774,000. L-investiment f’dan il-fond baqa’ jiżdied kull sena, xi ħaġa li l-Ministru Farrugia ddeskriviet bħala sinjal ta’ fiduċja tal-Gvern fl-operat tal-organizzazzjonijiet volontarji. Il-baġit totali ta’ din is-sena għal dan il-fond huwa ta’ €200,000. 

It-tnedija ta’ din l-iskema saret fis-sede ta’ The Duke of Edinburgh's International Award Malta, għaqda li tibbenefika minn dan il-fond sabiex tattendi konferenzi internazzjonali.  Dawn jipprovdu pjattaforma sabiex jiġu skambjati esperjenzi, kisbiet u l-aħjar prattiki bil-għan li jsaħħu x-xogħol tagħhom kemm lokalment u anki barra minn xtutna. Bħalissa 757 żagħżugħ u żagħżugħa jipparteċipaw f’programm li torganizza l-istess għaqda. 

Waqt din iż-żjara, il-Ministru  Julia Farrugia saħqet ukoll li huwa kruċjali li l-għaqdiet volontarji u dawk mhux governattivi ikollhom iċ-ċans jimirħu u jikbru permezz ta’ esperjenzi barra minn Malta u jġibu magħhom sett ta’ ħiliet ġodda għas-settur. “Fl-aħħar snin l-istrateġija tal-Gvern f’dan il-qasam kienet ta’ aktar investiment, u hekk se nibqgħu nagħmlu fis-snin li ġejjin.” 

Mauro Pace Parascandalo, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) stqarr li "dan il-fond jibqa' popolari mal-għaqdiet u nieħdu pjaċir naraw parteċipazzjoni fuq livelli Ewropej u internazzjonali, fejn għaqdiet isibu opportunitajiet ġodda għall-ġid kemm tagħhom u anki tas-soċjetà tagħna".

Kull applikazzjoni sottomessa tista’ tieħu sa massimu ta’ €6,000, li jkunu sa massimu ta’ 80% tal-ispejjeż eliġibbli. L-għaqdiet volontarji ser ikunu jistgħu japplikaw billi jżuru s-sit elettroniku vofunding.org.mt minn nofsinhar tal-Erbgħa 1 ta’ Lulju 2026 sa nofsinhar tal-Erbgħa 29 ta' Lulju meta l-applikazzjonijiet jagħlqu. Ser issir ukoll laqgħa ta’ informazzjoni sabiex tgħin lill-applikanti matul il-proċess tas-sottomissjoni u ħalli jifhmu aħjar il-linji gwida.

L-iskema ta’ finanzjament tas-Civil Society Fund hija inizjattiva mmexxija mill-MCVS fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq vofunding.org.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titħabbar l-iskema Civil Society Fund għall-2026 b’għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titħabbar l-iskema Civil Society Fund għall-2026 b’għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titħabbar l-iskema Civil Society Fund għall-2026 b’għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Titħabbar l-iskema Civil Society Fund għall-2026 b’għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow