STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet Każwali għall-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, Marsaskala, is-Siġġiewi, Ħal Għargħur, il-Gżira u l-Mosta
Nomini ta’ Kandidati
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjonijiet Każwali biex jimtlew il-postijiet ta’ Kunsilliera għall-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, Marsaskala, is-Siġġiewi, Ħal Għargħur, il-Gżira u l-Mosta wara li l-postijiet ta’ Kunsilliera eletti ġew dikjarati bħala vakanti peress li l-Kunsilliera ġew eletti bħala Membri tal-Kamra tad-Deputati.
Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom personalment fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, fin-Naxxar, bejn l-10:00 a.m. u nofsinhar, minn għada l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju 2026 sal-Ġimgħa, 26 ta’ Ġunju 2026, jew online permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn għada l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju fl-10:00 a.m. sa nofsinhar tal-Ġimgħa, 26 ta’ Ġunju 2026.
Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90.
Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922