Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA L-ebda żieda, la fl-età tal-irtirar u lanqas fir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

PR261057
Date Icon 23/06/2026


Wara li ntemm il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-Rapport Strateġiku tal-Pensjonijiet għall-2025, li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Diċembru li għadda, il-Gvern, kif anke hemm imwiegħed fil-Manifest Elettorali, qiegħed jiggarantixxi li mhu se jkun hemm ebda żieda, la fl-età tal-irtirar u lanqas fir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja Michael Falzon, waqt li kkonferma dan, tenna li dan il-Gvern xorta se jibqa' jsaħħaħ il-pensjonijiet permezz ta' diversi miżuri ppjanati tul din il-leġislatura, u dan se jissokta mill-Budget li ġej.

Fost dawn il-ħafna miżuri, huwa semma ż-żieda ta' €50 fil-ġimgħa imqassma tul il-leġislatura kollha, l-aġġustament fil-pensjoni tar-romol li mis-sena d-dieħla se tkun ekwivalenti għall-pensjoni li kieku jkollu l-konjuġi kieku għadu ħaj, il-Bonus tal-Għoli tal-Ħajja li mis-sena d-dieħla se jkun l-istess għal kulħadd, u ż-żieda fid-Dħul Pensjonabbli Massimu li sal-2028 se jkun l-istess għal kulħadd, twieled meta twieled.

Dawn huma ftit biss mill-bosta miżuri soċjali li se jkunu qed jitwettqu matul il-5 snin li ġejjin, mhux biss għall-pensjonanti u anzjani, iżda wkoll għall-familji, tfal, persuni b'diżabilità u persuni vulnerabbli oħra.

Il-Ministru Michael Falzon ikkonferma wkoll li fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-rapport strateġiku tal-pensjonijiet, daħlu 14-il sottomissjoni, 6 minn għaqdiet, 2 minn kumpaniji privati u 6 oħra minn individwi.

Il-Ministru Falzon sostna li dan ir-rispons kien ikkunsidrat mill-Grupp Strateġiku tal-Pensjonijiet, immexxi mis-Segretarju Permanenti Mark Musu, li issa qed jifformola r-rakkomandazzjonijiet finali lill-Gvern, liema rakkomandazzjonijiet jeskludu żieda fl-età tal-irtirar jew żieda fir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.

Il-Ministru Falzon temm jgħid li dan huwa possibbli grazzi għall-ekonomija u finanzi b'saħħithom li għandu pajjiżna tant li fl-aħħar rapport strateġiku kien ikkonfermat li kien hemm titjib konsiderevoli, kemm fl-adegwatezza u kif ukoll fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow