Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Naħdmu biex inżommu bonordni u paċi pubblika – il-Ministru Glenn Bedingfield waqt żjara fil-Community Policing tas-Swieqi u Pembroke

pr261056
Date Icon 23/06/2026


Waqt żjara li għamel fl-uffiċċju tal-Community Policing ta' Swieqi u Pembroke, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield qal li l-bonordni u l-paċi pubblika għandhom ikunu rispettati dejjem u huwa għal dan il-għan li f'din iż-żona partikolari qed isiru rondi matul il-lejl.

Il-kunċett tal-Community Policing tnieda għall-ewwel darba fl-2019 fil-Mellieħa bħala parti minn riforma usa' tal-Korp tal-Pulizija. Fl-2020, Swieqi u Pembroke kienu fost l-ewwel lokalitajiet li bbenefikaw minn dan il-mudell ġdid ta' pulizija aktar qrib il-komunità. Illum, is-servizz tal-Community Police huwa preżenti f'kull belt u raħal madwar Malta u Għawdex.

Matul l-aħħar snin, il-lokalitajiet ta' Swieqi u Pembroke esperjenzaw realtajiet ġodda marbuta maż-żieda fit-turiżmu. Filwaqt li din ir-realtà tinħass tul is-sena kollha, l-akbar influss ta' viżitaturi normalment ikun bejn ix-xhur ta' Mejju u Settembru. B'reazzjoni għal dawn l-iżviluppi, minn dan is-sajf il-Community Police tas-Swieqi introduċew rondi matul il-lejl kollu, b'uffiċjali li jduru l-lokalità kollha b'enfasi partikolari fuq iż-żoni identifikati bħala hotspots.

Wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Community Policing huwa l-komunikazzjoni diretta mar-residenti. Għal dan il-għan, it-tim tal-Community Police tas-Swieqi juża diversi mezzi ta' komunikazzjoni, inkluż paġna dedikata fuq Facebook u WhatsApp channel li permezz tiegħu r-residenti jistgħu jgħaddu l-ilmenti u t-tħassib tagħhom direttament lill-uffiċjali.

“F'isem ir-residenti, f'isem il-poplu Malti, grazzi tax-xogħol tagħkom li qed tagħmluh b'tant dedikazzjoni. Dan is-servizz intlaqa' tajjeb ħafna mill-komunità li issa jistgħu jżommu kuntatt dirett magħkom bil-mezzi soċjali u l-mobile. Permezz ta' dan is-servizz qed inkunu aktar pronti biex inwieġbu għal kull ilment jew preokkupazzjoni mir-residenti fl-inqas ħin possibbli," qal il-Ministru Glen Bedingfield lill-pulizija tal-komunità tas-Swieqi u Pembroke, flimkien mal-ogħla uffiċjali tal-Korp.

Il-Community Policing jibqa' mibni fuq il-prinċipju li r-residenti jkunu jafu lill-pulizija tagħhom mill-qrib u li l-pulizija jkunu familjari mal-ħtiġijiet tal-komunità li jservu. Illum hemm madwar 170 uffiċjal tal-Community Police madwar il-pajjiż, li jaħdmu fuq bażi ta' kuntatt kontinwu mar-residenti, inkluż laqgħat regolari kull tliet xhur biex jiġu diskussi sfidi u prijoritajiet lokali.

Il-ħidma tal-Community Police tinkludi wkoll fokus fuq l-ordni pubblika, il-prevenzjoni tal-kriminalità, il-ħolqien ta' għarfien bażiku dwar kwistjonijiet ta' sigurtà fil-komunità.

Matul ix-xhur li ġejjin, il-Korp tal-Pulizija se jkompli jsaħħaħ ir-riżorsi tiegħu wkoll permezz tad-dħul ta' rekluti ġodda li se jingħaqdu mal-Korp f'Lulju, sabiex ikompli jtejjeb is-servizz offrut lill-komunitajiet madwar il-pajjiż.

Ritratti: MHS

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Naħdmu biex inżommu bonordni u paċi pubblika – il-Ministru Glenn Bedingfield waqt żjara fil-Community Policing tas-Swieqi u Pembroke
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Naħdmu biex inżommu bonordni u paċi pubblika – il-Ministru Glenn Bedingfield waqt żjara fil-Community Policing tas-Swieqi u Pembroke
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Naħdmu biex inżommu bonordni u paċi pubblika – il-Ministru Glenn Bedingfield waqt żjara fil-Community Policing tas-Swieqi u Pembroke
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow