Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Kunsill Lokali tal-Isla b'esperjenza kulturali unika fil-qalba tal-lokalità

PR261054
Date Icon 23/06/2026


Permezz tar-Reġjun Kulturali 2026, ir-Reġjun Port b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Isla, il-Fgura Scouts u d-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem ser jorganizzaw l-attività kulturali bl-isem 'Ħġejjeġ' nhar is-27 ta' Ġunju, bejn is-7:30 u l-11:00 ta' filgħaxija, bħala ċelebrazzjoni tal-wirt storiku, kulturali u komunitarju tal-lokalità Sengleana.

Permezz ta' interpretazzjoni kontemporanja ta' tradizzjoni antika marbuta mal-ħġejjeġ, l-attività se tittrasforma diversi żoni storiċi tal-Isla f'rotta kulturali b'tmien postijiet differenti fejn se jittellgħu wirjiet mużikali minn artisti lokali. Kull post se jkun immarkat b'ħuġġieġa tradizzjonali, filwaqt li mappa interattiva se tiggwida lill-pubbliku minn sit għal ieħor.

Il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli qalet li din l-inizjattiva hija eżempju ċar ta' kif il-wirt kulturali jista' jingħata l-ħajja permezz ta' kollaborazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali, entitajiet lokali u l-komunità.

“Dan il-proġett mhux biss jippreserva tradizzjoni importanti marbuta mal-Isla u r-Reġjun tal-Port, iżda joħloq ukoll spazju inklussiv fejn il-familji, l-artisti u l-viżitaturi jingħaqdu flimkien f'esperjenza kulturali unika. Inħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jattendi u jkunu parti minn din iċ-ċelebrazzjoni tal-identità u l-wirt tagħna," temmet tgħid il-Ministru Zerafa Civelli.

L-attività se tilħaq il-qofol tagħha fil-Forti San Mikiel, fejn se tinxtegħel l-aħħar ħuġġieġa u jintwera dokumentarju qasir li jiffoka fuq l-istorja u s-sinifikat tat-tradizzjoni tal-Ħġejjeġ fl-Isla u fir-Reġjun tal-Port.

Is-Sindku tal-Isla, Clive Pulis spjega li l-viżitaturi se jkunu jistgħu jgawdu wkoll minn servizz ta' ferrovija turistika bla ħlas li se ddur kontinwament bejn il-postijiet kollha tal-attività, filwaqt li tipprovdi tagħrif dwar l-istorja u l-wirt tal-Isla. Se jkunu organizzati wkoll workshops relatati mal-ikel, il-mużika u l-istejjer kulturali, li għalihom hija meħtieġa reġistrazzjoni minn qabel.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Artistiku, Joseph Galea, qal li dawn l-avvenimenti m'għandhomx biss għan artistiku, iżda jmorru lil hinn minn hekk billi jqiegħdu l-kultura fil-qalba tal-komunità u qrib in-nies, u b'hekk iżidu l-aċċessibbiltà għall-kultura. Huwa żied li dawn l-inizjattivi għandhom ukoll l-għan li jsaħħu l-għarfien dwar il-lokalitajiet li fihom ikunu qed jiġu organizzati.

Il-pubbliku huwa mistieden jattendi u jesplora l-programm kollu tal-attivitajiet. Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa għall-workshops kollha. Il-mappa interattiva tista' tiġi aċċessata minn hawn: https://shorturl.at/63sVW

Ritratti: MLGP

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Kunsill Lokali tal-Isla b'esperjenza kulturali unika fil-qalba tal-lokalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Kunsill Lokali tal-Isla b'esperjenza kulturali unika fil-qalba tal-lokalità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow