Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR

pr261052
Date Icon 22/06/2026

B’referenza għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar il-ftehim il-ġdid għall-provvista tal-LNG, il-Gvern jinnota li kif ġie spjegat fi stqarrija minn Enemalta, dan il-ftehim huwa marbut mal-indiċi Title Transfer Facility (TTF), il-punt ta’ riferiment ewlieni Ewropew għall-prezz tal-gass naturali.

Dan ifisser li l-akkwist tal-LNG se jkun ibbażat fuq mekkaniżmu ta’ prezzijiet trasparenti, rikonoxxut internazzjonalment u allinjati mal-kundizzjonijiet attwali tas-suq Ewropew tal-gass.

Il-ftehim, li ġie konkluż minn Enemalta ma’ BP, jiżgura l-provvista tal-LNG sal-aħħar ta’ Mejju 2027. Dan seħħ wara proċess kompetittiv li ġibed interess minn seba’ kumpaniji internazzjonali stabbiliti, u wara evalwazzjoni kummerċjali u teknika dettaljata mill-kumpanija.

L-offerta magħżula kienet dik li tat l-aħjar valur u sigurtà fil-provvista għal Malta, f’kuntest internazzjonali fejn is-swieq tal-enerġija għadhom affettwati minn tensjonijiet ġeopolitiċi u inċertezza fil-prezzijiet.

Fl-istess waqt, Enemalta qed taħdem b’mod parallel fuq il-kontinwità tal-provvista lil hinn mill-perjodu kopert minn dan il-kuntratt. Dan jirrifletti l-impenn kontinwu lejn ippjanar fit-tul u sigurtà fil-provvista tal-enerġija għal familji u negozji.

Dan il-ftehim jikkumplimenta programm usa’ ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, inkluż it-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku, biex is-sistema tal-enerġija ta’ Malta tibqa’ aktar sigura, reżiljenti u lesta għall-isfidi tal-futur.

Fuq l-enerġija m’hemmx paragun. Il-pjan tal-Gvern hu ċar u qed ikun implimentat, kemm fuq provvista u enerġija sostenibbli fit-tul, kif ukoll fejn tidħol distribuzzjoni, fejn qatt daqs illum ma sar investiment u xogħol biex titjib is-sistema.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow