Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Malta tibqa’ fost l-aqwa pajjiżi fl-Ewropa fl-eGovernment Benchmark

pr261049
Date Icon 22/06/2026

Malta reġgħet kisbet l-ewwel post fl-Ewropa fil-qasam tas-servizzi governattivi online, hekk kif il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-aħħar edizzjoni tal-eGovernment Benchmark.

Pajjiżna kiseb punteġġ ta' 99.4 fil-provvista tas-servizzi online, fl-ewwel post, b'riżultat perfett ta' 100 għas-servizzi offruti lin-negozji u punteġġ ta' 99.1 għas-servizzi maħsuba għaċ-ċittadini.

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, sostna li dawn ir-riżultati jikkonfermaw kif is-Servizz Pubbliku Malti qed ikompli joffri servizzi diġitali ta' kwalità li jagħmlu differenza konkreta fil-ħajja ta' kuljum tan-nies. Huwa enfasizza li l-investimenti sostnuti fit-trasformazzjoni diġitali qed iwasslu għal riżultati tanġibbli u jkomplu jsaħħu l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi.

“Dawn ir-riżultati huma konferma oħra li l-viżjoni tagħna – Intejbu l-ħajja tan-nies kuljum – qed titwettaq fil-prattika, kuljum u f'kull ħin," qal is-Sur Sultana.

Ir-rapport tal-eGovernment Benchmark evalwa 96 servizz diġitali f'kull pajjiż permezz ta' eżerċizzju ta' mystery shopping u analizza aktar minn 14,000 sit elettroniku governattiv madwar l-Ewropa.

Malta kisbet riżultati li qabżu b'madwar 11% il-medja Ewropea fis-servizzi diġitali għan-negozji u b'14% il-medja Ewropea fis-servizzi ġeneriċi għaċ-ċittadini.

Pajjiżna kiseb ukoll punteġġ massimu ta' 100 fl-oqsma tas-sapport lill-utent, it-trasparenza u l-mobile friendliness, riżultati li jissarrfu f'vantaġġ ta' 10, 30 u 3 punti rispettivament fuq il-medja Ewropea.

Barra minn hekk, Malta kisbet riżultati eċċellenti fl-indikaturi relatati mas-Single Digital Gateway, inkluż punteġġ perfett fil-kategorija Cross-Border ePayments, li tkejjel il-faċilità tal-ħlasijiet elettroniċi bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rapport eGovernment Benchmark 2026 u tagħrif relatat huwa disponibbli minn din il-link.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow