Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-Work Trial Scheme for Youths, skema biex żgħażagħ Għawdxin jiksbu esperjenza fid-dinja tax-xogħol matul dan is-sajf

PR261034
Date Icon 19/06/2026

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-iskema Work Trial Scheme for Youths. Din l-iskema għandha l-għan li tintroduċi liż-żgħażagħ u lill-istudenti fid-dinja tax-xogħol, filwaqt li tgħinhom jagħmlu għażliet aktar infurmati dwar il-karriera tagħhom, billi tippermettilhom jiksbu esperjenza siewja ma' entitajiet privati u organizzazzjonijiet mhux governattivi matul is-sajf.

Il-Ministru Camilleri spjega li “b'din l-iskema qed inkomplu ninvestu fiż-żgħażagħ Għawdxin billi nagħtuhom opportunità konkreta biex jiksbu esperjenza fid-dinja tax-xogħol qabel ma jagħmlu l-għażliet importanti tal-karriera tagħhom. Il-Work Trial Scheme for Youths mhux biss tgħin liż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom iżda, tagħtihom ukoll ċans jifhmu aħjar l-aspettattivi u r-realtajiet tad-dinja tax-xogħol. Il-fatt li din l-iskema ilha titħaddem mill-2018 u tkompli titjieb minn sena għall-oħra juri l-impenn tagħna li noffru opportunitajiet ta' kwalità li jħejju lill-ġenerazzjoni żagħżugħa għall-futur."

Permezz ta' din l-iskema, il-parteċipanti se jirċievu allowance ta' €120 fil-ġimgħa, sa massimu ta' €600 fuq perjodu ta' ħames ġimgħat.

Kriterji ta' Eliġibbiltà:

• Persuni li qed ifittxu x-xogħol: Kull min għandu bejn is-16 u l-20 sena u qed ifittex impjieg jista' japplika. Il-parteċipant huwa eliġibbli jekk ikun għalaq is-16-il sena u ma jkunx għalaq il-21 sena sal-31 ta' Lulju 2026.

• Studenti full-time: Studenti bejn is-16 u l-25 sena li qed jattendu istituzzjoni edukattiva fuq bażi full-time (bħal Skola Sekondarja, MCAST, ITS, Junior College jew l-Università) huma eliġibbli biex jipparteċipaw.

• Studenti ta' 15-il sena: Studenti ta' 15-il sena li jagħlqu 16-il sena sal-31 ta' Diċembru 2026, u li jkunu temmew il-Form 5 (Year 11), huma wkoll eliġibbli biex japplikaw, sakemm jissottomettu ċertifikat validu tal-ħruġ mill-iskola (School Leaving Certificate) mal-applikazzjoni tagħhom.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li din l-iskema hija investiment dirett fiż-żgħażagħ Għawdxin, li permezz tagħha qed jingħataw l-opportunità jiksbu esperjenza prattika, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jħejju ruħhom aħjar għall-futur.

L-iskema se tiftaħ uffiċjalment nhar it-Tnejn, 3 ta' Awwissu 2026, u tibqa' miftuħa sal-Ġimgħa, 4 ta' Settembru 2026. Kull min hu interessat jista' jissottometti l-applikazzjoni online permezz tas-sit www.gozo.gov.mt jew minn fuq l-app ta mygozo mit-Tnejn, 22 ta' Ġunju, sal-Ġimgħa, 3 ta' Lulju, sa nofsinhar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-Work Trial Scheme for Youths, skema biex żgħażagħ Għawdxin jiksbu esperjenza fid-dinja tax-xogħol matul dan is-sajf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow