Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Titlesta fażi oħra tat-twessigħ ta' Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi

pr261033
Date Icon 19/06/2026

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard żar is-sit tax-xogħlijiet tal-Proġett ta' Twessigħ tat-Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi, fejn tlestiet fażi oħra ta' dan il-proġett infrastrutturali importanti li qed jitwettaq minn Infrastructure Malta.

Dan il-proġett, li tnieda aktar kmieni din is-sena, jifforma parti mill-investiment kontinwu tal-Gvern sabiex ikompli jsaħħaħ is-sigurtà fit-toroq, itejjeb il-fluss tat-traffiku u jżid il-konnettività fin-network tat-toroq.

Il-Ministru Attard qal li dan il-proġett se jindirizza sfidi li ilhom jeżistu f'din iż-żona, b'mod partikolari dawk relatati mal-konġestjoni tat-traffiku u s-sigurtà fit-triq. “It-twessigħ ta' din it-triq se jwassal għal ħinijiet ta' vjaġġar aktar effiċjenti, aċċess aħjar għar-residenti u n-negozji tal-madwar, kif ukoll għal kundizzjonijiet aktar siguri għall-utenti kollha tat-triq," sostna l-Ministru Attard.

Matul iż-żjara, il-Ministru Attard osserva mill-qrib ix-xogħlijiet li għaddejjin, fosthom l-iskavar tat-triq, xogħlijiet tal-art, il-kostruzzjoni ta' strutturi ta' sostenn fejn meħtieġ, kif ukoll il-formazzjoni tal-medda ta' art meħtieġa għall-karreġġjata mwessgħa. Huwa ġie aġġornat ukoll dwar il-fażijiet li jmiss tal-proġett, li jinkludu aktar ħitan tas-sejjieħ.

Waqt iż-żjara ngħatat ukoll informazzjoni dwar il-koordinazzjoni kontinwa mal-provvediment tas-servizzi u dwar is-soluzzjonijiet tekniċi u inġineristiċi li qed jiġu implimentati sabiex ix-xogħlijiet jitwettqu bl-ogħla standards ta' kwalità u sigurtà.

“Dan huwa proġett ieħor importanti li qed twettaq Infrastructure Malta fejn jidħlu twessigħ ta' toroq fejn insibu mat-850 metru kwadru ta' twessigħ li minnhom diġà saru 600 metru kwadru illi ċertament se jwasslu għal anqas konġestjoni tat-traffiku u aktar aċċessibilità fl-akwati," spjega l-Ministru Attard.

Ix-xogħlijiet qed jitwettqu f'fażijiet sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq l-utenti tat-triq u l-komunitajiet tal-madwar, filwaqt li ġie mfakkar li bħala parti mill-progress tal-proġett, it-triq se tkun magħluqa għat-traffiku nhar is-Sibt 20 ta' Ġunju sabiex il-proġett ikun jista' jgħaddi għall-fażi li jmiss.

Min-naħa tagħha l-Perit Rebecca Grech qalet li tlestew parti sostanzjali tax-xogħlijiet fejn matul dawn l-aħħar xhur ġew iffinalizzati l-kostruzzjoni ta' diversi ħitan tas-sejjieħ. “Barra minn hekk matul is-Sibt li ġej it-triq se tingħalaq kompletament biex jiġu mċaqilqin il-barrikati sabiex issa jibda x-xogħol fuq in-naħa l-oħra tat-triq," qalet il-Perit.

Preżenti fuq il-post kien hemm fost l-oħrajn il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Steve Ellul, il-Kap tal-Operat il-Perit Janice Borg u impjegati oħrajn.

Ritratti: MIPE

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Titlesta fażi oħra tat-twessigħ ta' Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Titlesta fażi oħra tat-twessigħ ta' Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Titlesta fażi oħra tat-twessigħ ta' Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow