Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

PR261030
Date Icon 18/06/2026

Skont id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinnotifika lill-pubbliku li, bħala miżura ta' prekawzjoni, l-għawm mhuwiex rakkomandat f'din iż-żona.

Il-kawża tal-ħruġ ta' drenaġġ ġiet identifikata u indirizzata minnufih. Il-kawża kienet imblukkar f'kanal sekondarju tad-drenaġġ, ikkawżat minn materjal mormi illegalment minn terzi, inkluż kantun ta' daqs konsiderevoli u skart ieħor tal-kostruzzjoni, li issa tneħħa taħt is-superviżjoni tal-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali (EHO) u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Dwar dan il-każ sar rapport lill-pulizija.

L-għeluq taż-żona qed jittieħed bħala prekawzjoni sakemm l-EHOs iwettqu t-testijiet kollha li jkun hemm bżonn.

Kodiċi tas-sit:
B08
LokalitàIl Bajja tal-Balluta San Ġiljan n-naħa tax-xellug
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 20954992 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal fuq https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow