Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela se jipproponi lil Carmelo Abela bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti

PR261015
Date Icon 16/06/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela se jipproponi lil Carmelo Abela bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti

Meta s-Sibt li ġej se tkun qed tibda l-15-il leġiżlatura tal-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed iressaq mozzjoni u jipproponi lil Carmelo Abela bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Carmelo Abela ġie elett għall-ewwel darba fl-1996 u baqa' jiġi elett f'kull elezzjoni, inkluża dik tat-30 ta' Mejju li għadda. Huwa kellu bosta karigi, fosthom fi ħdan il-Gvern. Għal aktar minn seba' snin fil-leġiżlatura tal-2003 u dik tal-2008 kien serva bħala Deputat Speaker tal-Kamra tad-Deputati. F'April tas-sena 2013 kien ġie maħtur Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern. F'Diċembru tas-sena 2014 kien inħatar Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u f'Ġunju tas-sena 2017 bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ. F'Jannar tas-sena 2020 kien inħatar bħala Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru b'numru ta' responsabbiltajiet diretti.

Carmelo Abela għadu kif informa lill-Kummissjoni Elettorali li se jkun qed iċedi s-siġġu parlamentari minn fuq it-tielet distrett elettorali li fuqu ġie elett.

F'isem il-Gvern, il-Prim Ministru Robert Abela jawgura lil Carmelo Abela ħidma importanti li biha jmexxi l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, pilastru ewlieni fid-demokrazija tagħna.

Il-Gvern jirringrazzja wkoll lil Dr Anġlu Farrugia tas-servizz impekkabbli li ta lil pajjiżna meta serva bħala President tal-Kamra tar-Rappreżentanti għall-aħħar tliet leġiżlaturi konsekuttivi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow