Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta tgħarraf li:

PR261014
Date Icon 15/06/2026

Wara li fit-2 ta' April 2026 saret sejħa pubblika minn dak iż-żmien il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr. Jonathan Attard, ai termini ta' Artikolu 96 B (1)  u Artikolu 100 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, għal ħatra ta' żewġ Maġistrati ġodda, li l-applikazzjonijiet għaliha kienu jagħlqu fit-23 ta' April 2026, fit-18 ta' Mejju 2026 ingħatajt Rapport ai termini tal-Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta datat ukoll 18 ta' Mejju 2026 maħruġ mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta' Malta: dan wara laqgħa ta' l-istess Kumitat li saret fis-7 ta' Mejju 2026 fejn ġew evalwati sbatax (17) il-espressjoni ta' interess għal ħatra ta' żewġ Maġistrati.

Dan ir-Rapport poġġa għall-kunsiderazzjoni tiegħi l-ismijiet ta' tlett kandidati li skont ir-rapport kienu l-aktar idonei u minn dawn it-tlett ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta il-President jagħżel wieħed.

It-tlett ismijiet imressqa f'ordni alfabetiku kienu ta':

  1. Caruana De Brincat Natalino
  2. Farrugia Renata, u
  3. Quintano Elizabeth

Minn dawn it-tlett ismijiet jiena għażilt dak ta' Caruana De Brincat Natalino, u fid-9 ta' Ġunju 2026 għarraft lill-Kumitat li l-għażla tiegħi skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) kienet ta':

           Caruana De Brincat Natalino

Sussegwentament nhar l-għaxra ta' Ġunju 2026 is-Segretarju tal-Kumitat preżentali it-tieni Rapport naxxenti ukoll dan ir-Rapport mis-seduta tas-sebgħa ta' Mejju 2026 bl-ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta ta' tlett kandidati li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli.

L-ismijiet f'ordni alfabetiku kienu dawn:

  1. Farrugia Renata
  2. Quntano Elizabeth, u
  3. Vella John Mary

L-għażla minn dawn it-tliet ismijiet skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta hija ta':

                                    Farrugia Renata

Billi skont l-Artikolu 100 (1) tal-Kostituzzjoni l-Maġistrati tal-Qrati Inferjuri jiġu maħtura mill-President li jaġixxi fuq rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilit bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni, il-President taħtar, f'ordni alfabetiku lis-segwenti persuni sabiex iservu ta' Maġistrati tal-Qrati Inferjuri:

                                       Caruana De Brincat Natalino

                                       Farrugia Renata

L-ismijiet tal-Kandidati li fl-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura kienu idonei u meritevoli u li tressqu għall-għażla tal-President bil-proċedura stabbilita mill-Artikolu 96 A (6) (d) u li skont l-istess Artikolu huwa mistenni li jiġu pubblikati huma dawk li jidhru aktar il fuq f'din l-istqarrija.

B'dan ikun dikjarat illi l-ħatra ta' żewġ Maġistrati skont is-sejħa pubblika maħruġa minn dak iż-żmien il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni fit-2  ta' April 2026 ġiet sodisfatta u eżawrita.

Il-President tifraħ lill-Ġudikanti Maġistrati ġodda u tirringrazzja lil membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol li wettqu.

Myriam Spiteri Debono

President ta' Malta

Illum 15 ta' Ġunju 2026

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow