Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar investiment fiċ-ċentri ta’ matul il-jum għal persuni b’diżabilità – jibbenefikaw bosta atleti

PR261009
Date Icon 13/06/2026

Il-Ministru Julia Farrugia tinawgura proġett ta’ piċċ tal-boċċe fiċ-ċentru ta’ matul il-jum għal persuni b’diżabilità f’Raħal Ġdid

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia inawgurat it-tielet piċċ tal-boċċe, din id-darba bħala parti miċ-ċentru għal matul il-jum għall-persuni b’diżabilità f’Raħal Ġdid.

Dan huwa t-tielet piċċ tat-tip tiegħu li għandha Aġenzija Sapport, fil-ħdax il-ċentru li topera – u li fihom jattendu mal-500 persuna b’diżabilità intellettwali. Ftit aktar minn 80 persuna b’diżabilità jitħarrġu fuq livell professjonali fid-dixxiplina tal-boċċe f’dawn l-istess ċentri b’kollaborazzjoni ma’ Special Olympics Malta.

Il-Ministru Farrugia faħħret l-impenn ta’ Aġenzija Sapport u anke Special Olympics Malta li permezz ta’ dan it-taħriġ, qed twassal biex aktar persuni b’diżabilità jagħrfu l-abbiltajiet tagħhom u saħansitra jużaw dak li tgħallmu barra mill-pajjiż.

Kompliet tgħid li fil-fatt tnejn mill-persuni li qed jitħarrġu fid-dixxiplina tal-Boċċe rrappreżentaw lil Malta din il-ġimgħa stess f’Abu Dhabi fejn qed isiru l-iSpecial Olympics UAE National Games 2026. Dawn huma Nevice Grech li rebħet midalja tad-deheb wara li ġiet fl-ewwel post u Nathalie Galea li ġiet it-tieni u għalhekk ħadet il-fidda f’isem Malta.

“Huma dawn l-istejjer ta’ suċċess li qegħdin niktbu b’investiment kontinwu fi proġetti bħal dak tal-piċċ tal-boċċe. Dan jgħin ukoll fil-kwalità ta’ ħajja tal-persuni li jagħmlu użu minn ċentri bħal dan, kif għamilna wkoll bil-ħolqien tal-ġnien multi-sensorjali Ġnien Zaylen,” qalet il-Ministru Farrugia.

Hija nnutat kif ix-xogħol fuq il-piċċ sar fl-aħħar xhur b’investiment ta’ €11,500.

“Dan il-proġett huwa parti minn pjan ħolistiku biex kull min jattendi wieħed miċ-ċentri tagħna jkollu l-isports bħala parti integrali mill-kurrikulu tal-ġurnata,” qalet il-Ministru Farrugia. Faħħret lil Aġenzija Sapport għall-investiment kontinwu f’faċilitajiet u programmi għall-persuni b’diżabilità li jkopru wkoll taħriġ minn coaches professjonali, grazzi għal ftehim ma’ Special Olympics Malta.

Minbarra dan, il-Ministru Farrugia nnutat ukoll kif Special Olympics Malta toffri taħriġ liċenzjat dwar il-Motor Activity Training Programme (MATP), programm sportiv intenzjonat għal persuni b’diżabilità li ma jistgħux jipparteċipaw f’taħriġ għal sports kompetittiv f’dixxiplini sportivi oħra.

Il-Ministru Julia Farrugia temmet tgħid li dan huwa investiment ukoll fil-komunitajiet, hekk kif kemm il-ġnien kif ukoll il-piċċ tal-boċċe f’Raħal Ġdid huma miftuħin għall-pubbliku f’ħinijiet speċifiċi, kuljum.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport Oliver Scicluna spjega kif l-isport jingħata importanza kbira fil-programmi mwassal lill-persuni b’diżabilità li jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-jum. “L-investiment tal-Aġenzija f’dan is-settur fl-aħħar snin wassal sabiex ammont sostanzjali ta’ klijenti kellhom l-opportunità li jiskopru u jiżviluppaw l-abilitajiet tagħhom fl-isport, inkluż fid-dixxiplina tal-boċċe, b’riżultati pożittivi għalihom infushom u għal Malta.”

Melanie Magri – Direttur tal-Customer Support, Skemi u Servizzi għal Matul il-Jum ta’ Aġenzija Sapport – qalet li dawn l-inizjattivi u programmi speċifiċi għall-bżonnijiet ta’ kull persuna jgħinu biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuna.

Min-naħa tagħha d-Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja qalet li qed ikun ikkunsidrat li s-servizzi offruti jkunu estiżi bil-għan prinċipali li kulħadd ikun attiv u jagħti sehem akbar fis-soċjetà.

Il-faċilitajiet f’Raħal Ġdid immexxija minn Aġenzija Sapport jinkludi hub li fih jinkorpora:  Ċentru ta’ matul il-jum għal adulti b’diżabilità mmexxi minn Aġenzija Sapport, ċentru ta’ volontarjat, post minn fejn is-Service Dogs Malta Foundation tista’ toffri servizz u l-ġnien multisensorjali Ġnien Zaylen b’kollaborazzjoni ma’ Project Green. Fiċ-ċentru jattendu 33 persuna b’diżabilità.

Intant matul il-jum tal-Ġimgħa fiċ-Ċentru ta’ Raħal Ġdid ukoll ġiet organizzata l-attività tal-Mini-Olympics b’diversi persuni b’diżabilità minn diversi ċentri ta’ matul il-jum kif ukoll impjegati tal-Aġenzija jipparteċipaw f’logħob tal-boċċe, football, basketball, MATP u tlielaq.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar investiment fiċ-ċentri ta’ matul il-jum għal persuni b’diżabilità – jibbenefikaw bosta atleti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar investiment fiċ-ċentri ta’ matul il-jum għal persuni b’diżabilità – jibbenefikaw bosta atleti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Aktar investiment fiċ-ċentri ta’ matul il-jum għal persuni b’diżabilità – jibbenefikaw bosta atleti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow