Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Il-Proġett tal-Imsida Creek: Xogħlijiet avvanzati biex spazji pubbliċi ewlenin jitgawdew mill-komunità għall-festa parrokkjali

pr261001
Date Icon 11/06/2026

Il-Proġett tal-Imsida Creek qed ikompli javvanza b'pass kostanti hekk kif ix-xogħlijiet issa daħlu f'fażi importanti ffukata fuq il-preparazzjoni ta' spazji pubbliċi ewlenin fil-pjazza, inkluż pavimentar u strutturi aktar aċċessibbli għall-komunità.

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' Infrastruttura Malta Steve Ellul, Project Managers u Periti żaru l-post fejn jista' jiġi nnutat il-progress sostanzjali li sar fuq diversi partijiet tal-proġett, partikolarment fil-pjazza prinċipali, fl-inħawi tal-knisja u fiż-żona quddiem il-Każin tal-Banda.

“Il-Proġett qed jifforma b'mod kostanti u r-residenti diġà qed jibdew jibbenefikaw mill-investiment li qed isir f'din iż-żona. Il-prijorità immedjata tagħna hija li niżguraw li spazji pubbliċi ewlenin, inklużi l-pjazza l-ġdida u ż-żoni ta' max-xatt, ikunu lesti għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa," qal il-Ministru Attard.

Sar ukoll progress sinifikanti fuq il-promenade tax-xatt, fejn parti kbira mix-xogħlijiet tal-pavimentar diġà tlesta. Huwa mistenni li kemm il-pjazza riġenerata kif ukoll il-promenade tax-xatt ikunu aċċessibbli fil-ġimgħat li ġejjin.

“Għaddejjin ukoll b'xogħlijiet infrastrutturali oħra importanti f'partijiet oħra tal-proġett fosthom l-installazzjoni tas-servizzi taħt l-art, il-kostruzzjoni tal-kanal tal-ilma, l-iżvilupp tal-parkeġġ taħt l-art u xogħlijiet oħra relatati mar-riġenerazzjoni usa' tal-ispazju pubbliku. Meta jitlesta, dan il-proġett se jagħti lill-komunità xatt modern, aċċessibbli u attraenti li se jgawdu minnu l-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri," spjega l-Ministru Attard.

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv Steve Ellul sostna li l-andament fuq il-proġett baqa' miexi b'ritmu mgħaġġel ħafna inkluż ix-xogħlijiet fuq iż-żoni li huma żoni pedonali u ż-żoni wkoll ta' spazji miftuħa bħalma hija dik tal-pjazza. “Ix-xogħol se jibqa' għaddej anke matul is-sajf fuq iż-żona li ħa tkun kruċjali ħafna; il-kanal ta' dan ta' dan il-proġett," qal is-Sur Ellul.

Dan il-proġett huwa wieħed mill-akbar proġetti ta' riġenerazzjoni urbana fil-pajjiż, maħsub biex itejjeb il-konnettività, joħloq spazji pubbliċi ġodda ta' kwalità u jsaħħaħ l-aċċessibiltà għall-komunità kollha.

Il-Gvern u Infrastructure Malta jibqgħu impenjati li jwasslu dan il-proġett b'mod responsabbli u effiċjenti, sabiex il-komunità tal-Imsida u l-pubbliku inġenerali jkunu jistgħu jgawdu minn ambjent modern, aċċessibbli u sostenibbli mhux biss preżentament imma anke għall-futur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Il-Proġett tal-Imsida Creek: Xogħlijiet avvanzati biex spazji pubbliċi ewlenin jitgawdew mill-komunità għall-festa parrokkjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Il-Proġett tal-Imsida Creek: Xogħlijiet avvanzati biex spazji pubbliċi ewlenin jitgawdew mill-komunità għall-festa parrokkjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Il-Proġett tal-Imsida Creek: Xogħlijiet avvanzati biex spazji pubbliċi ewlenin jitgawdew mill-komunità għall-festa parrokkjali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow