Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

PR260998
Date Icon 11/06/2026

B'referenza għall-artikli li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali dwar il-blata maqsuma li tinsab tul il-kosta tal-Kalanka tal-Qadi, f'Delimara, qrib St Peter's Pool, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jixtieq jiċċara li diġà ttieħdu diversi miżuri ta' sigurtà, fosthom it-tqegħid ta' tabelli ta' twissija u l-installazzjoni ta' ċnut madwar il-partijiet perikolużi tal-kosta.

L-aċċess għal din iż-żona kien ingħalaq wara li ċediet parti mill-irdum, peress li l-wiċċ tal-irdum f'din il-parti ta' Delimara huwa instabbli u joħloq riskju għas-sigurtà tal-pubbliku.

Ftit wara li ngħalaq l-aċċess għaż-żona, individwu ddikjara li huwa s-sid taż-żona ta' taħt l-irdum, u sussegwentement beda proċeduri legali kontra d-Dipartiment dwar iċ-ċint u l-bieb li kienu ġew installati. Dawn il-proċeduri legali għadhom għaddejjin.

Minkejja li l-kawża fil-Qorti għadha pendenti, id-Dipartiment reġa' għalaq l-aċċess għaż-żona l-Ħamis filgħodu permezz ta' hoarding temporanju, minħabba li s-sezzjoni maqsuma tal-irdum għadha toħloq periklu għall-pubbliku.

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jkompli jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex iħares is-sigurtà tal-pubbliku f'din iż-żona.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow