Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KABINETT

pr260996
Date Icon 10/06/2026

Il-Kabinett awtorizza lill-Ministru għat-Turiżmu Jo Etienne Abela biex ikompli jagħmel numru limitat ta’ operazzjonijiet fis-Servizz tas-Saħħa Pubblika biss u mingħajr ħlas. Dan l-arranġament huwa l-istess bħal dak approvat mill-Kabinett fil-leġiżlatura li għaddiet. 

Il-Kabinett qies li l-kompetenzi tal-kirurgu Jo Etienne Abela għadhom neċessarji fis-Servizz tas-Saħħa Pubblika, kemm għall-ħtiġijiet tal-pazjenti b’kundizzjonijiet tas-saħħa serji u anke għat-taħriġ ta’ professjonisti mediċi ġodda. L-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Ministru Abela tirreferi għal numru limitat ta' sigħat li jiġu ddeterminati mill-esiġenzi mediċi. 

Il-Kabinett awtorizza wkoll lis-Segretarju Parlamentari t-Tabib Deo Debattista sabiex ikun jista’ jibqa’ jsegwi numru ta’ pazjenti b’kundizzjonijiet tas-saħħa serji minn ġewwa San Vinċenz de Paul. Dan is-servizz se jingħata bla ħlas u għal numru limitat ta’ sigħat. 

Il-Kabinett wasal għal dawn id-deċiżjonijiet fuq bażi tal-artiklu 7.2 tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Ministri. Iż-żewġ individwi kkonċernati ntalbu joħorġu mil-laqgħa waqt li kienu qed jiġu diskussi dawn il-kwistjonijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow