Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Investiment fi spazju għat-tagħlim tal-mużika f'Ħaż-Żebbuġ — Għexieren ta' studenti se jibbenefikaw

PR260988
Date Icon 09/06/2026


Il-Ministru Julia Farrugia ssostni l-impenn tal-Gvern li jibqa' jinvesti fis-settur tal-volontarjat

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia nediet spazju mużikali fis-sede tal-Għaqda Każin Banda San Filep A.D 1851.

B'investiment ta' €20,000 dan il-proġett se jtejjeb il-kwalità tat-tagħlim tal-mużika u se joħloq spazju lill-istudenti għall-espressjoni mużikali tagħhom.

Minn dan il-proġett se jkunu qed jibbenefikaw għexieren ta' studenti tal-mużika hekk kif kull sessjoni se takkomoda mal-25 student. L-ewwel grupp ta' studenti tal-mużika li se jużaw din is-sala se jkunu qed jiggradwaw u jibdew jdoqqu l-istrument tagħhom fis-snin li ġejjin.

Il-Ministru Farrugia spjegat li dan l-investiment — 'Indoqqu Flimkien: Spazju għal Ensemble Mużikali fil-qalba tal-komunità' — kien iffinanzjat permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

F'diskors tal-okkażjoni l-Ministru Farrugia qalet li dan il-proġett jissimbolizza l-vjaġġ ta' kontinwità tal-Gvern f'għajnuna lill-volontarjat li kien, għadu u se jibqa' ċentrali fil-ħidma tal-Gvern.

Il-Ministru Farrugia faħħret l-inizjattiva tas-soċjetà mużikali u ta' dawk l-għaqdiet u soċjetajiet kollha li jġibu flimkien liż-żgħażagħ, tfal u anke eluf ta' persuni f'ħidma u dedikazzjoni li tvarja minn armar, għall-piroteknika, mużika u anke l-organizzazzjoni ta' diversi attivitajiet komunitarji.

Il-Ministru Julia Farrugia temmet tirrimarka li “Din is-sena hija proprju ddedikata għall-volontarjat u kif għamilna fl-aħħar snin se nkunu qed inkomplu ninvestu fil-mijiet ta' għaqdiet volontarji li qed jagħmlu l-kwalità tal-ħajja ta' tant familji u individwi aħjar, minn persuni b'diżabilità, għal dawk li jagħmlu tant ġid fil-komunità."

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) Mauro Pace Parascandalo, qal li “Ta' min isemmi li l-Banda San Filep mhijiex l-ewwel darba li qed tagħmel użu mill-fondi tal-Kunsill. Dan isir b'mod għaqli sabiex tittejjeb l-esperjenza mużikali u soċjali, u jixhed għaqda ħajja li dejjem qed tara kif ser issaħħaħ ix-xogħol tagħha fil-komunità."

Il-President tas-Soċjetà Mużikali Banda San Filep Dr Philip Sciortino iddeskriva dan l-ispazju ġdid bħala wieħed prezzjuż u aċċessibbli għal kulħadd, fil-qalba ta' Ħaż-Żebbuġ li se jwassal biex aktar tfal jitgħallmu l-mużika f'ambjent aħjar flimkien.

Il-proġett tar-restawr tal-kamra kien jinvolvi tikħil u żebgħa neċessarja, acoustic treatment sabiex jgħin lill-istudenti jikkonċentraw mingħajr distrazzjonijiet, u anki vetrina apposta sabiex ġo fiha jkunu jistgħu jitqiegħdu l-istrumenti u l-kotba li jintużaw għat-tagħlim. Kien hemm ukoll attenzjoni għall-kuluri, id-dawl, u l-organizzazzjoni tal-ispazju sabiex jinħolqu b'tali mod li jistimulaw il-kreattività u l-imħabba għall-mużika.

Din hija inizjattiva mmexxija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Aktar informazzjoni dwar din u inizjattivi oħra tal-Kunsill minn maltacvs.org.

Ritratti: MIV/DOI

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Investiment fi spazju għat-tagħlim tal-mużika f'Ħaż-Żebbuġ — Għexieren ta' studenti se jibbenefikaw
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Investiment fi spazju għat-tagħlim tal-mużika f'Ħaż-Żebbuġ — Għexieren ta' studenti se jibbenefikaw
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Investiment fi spazju għat-tagħlim tal-mużika f'Ħaż-Żebbuġ — Għexieren ta' studenti se jibbenefikaw
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow