AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont id-Direttiva dwar l-Ilmijiet għall-Għawm, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, bħala prekawzjoni, l-għawm mhux rakkomandat minħabba perkolazzjoni ta’ drenaġġ li jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema. L Uffiċjali tas Saħħa Ambjentali identifikaw is sors tal kontaminazzjoni li qed joħroġ minn residenzi privati fi Triq it Tankijiet, Birżebbuġa. Inħareġ avviż ta’ tneħħija u ttieħdet azzjoni legali kontra s sid. F’dan l-istadju, it-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi previst.
| Kodiċi tas-sit: | Bejn A13-A14 |
| Lokalità | Dawret il-Qalb Imqaddsa Birżebbuġa |
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 20954992 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923