Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

PR260986
Date Icon 08/06/2026

Skont id-Direttiva dwar l-Ilmijiet għall-Għawm, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, bħala prekawzjoni, l-għawm mhux rakkomandat minħabba perkolazzjoni ta’ drenaġġ li jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema. L Uffiċjali tas Saħħa Ambjentali identifikaw is sors tal kontaminazzjoni li qed joħroġ minn residenzi privati fi Triq it Tankijiet, Birżebbuġa. Inħareġ avviż ta’ tneħħija u ttieħdet azzjoni legali kontra s sid. F’dan l-istadju, it-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi previst.

Kodiċi tas-sit:Bejn A13-A14
LokalitàDawret il-Qalb Imqaddsa Birżebbuġa

Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 20954992 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow