Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet każwali għall-membru tal-Kamra tad-Deputati fit-3, 10, 5, 7, 7, 10 u fit-12 distrett elettorali

PR260984
Date Icon 08/06/2026

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tielet, fl-Għaxar, fil-Ħames, fis-Seba', fis-Seba', fl-Għaxar u fit-Tnax-il distrett elettorali ċeduti rispettivament minn Dott. Stephen Spiteri, is-Sur Mark Anthony Sammut, Dott. Conrad Borg Manche', Dott. Adrian Delia, Dott. Rebekah Borg, Dott. Joseph Giglio u Dott. Alexander Borg.  Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta' kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtlew dawn il-postijiet ta' Membru tal-Kamra tad-Deputati.

Dawk il-kandidati li kkontestaw l-imsemmija distretti elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tat-30 ta' Mejju, 2026, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mit-Tlieta 9 sas-Sibt 13 ta' Ġunju, 2026, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar, bejn id-9.00am u n-12.00pm. Applikazzjonijiet onlajn isiru permezz tal-websajt www.electoral.gov.mt mid-9.00 am tat-Tlieta 9 ta' Ġunju, 2026 sa 12:00 pm tas-Sibt 13 ta' Ġunju, 2026.

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta' dawn l-elezzjonijiet każwali se jsir nhar it-Tlieta, s-16 ta' Ġunju, 2026, mid-9.00am 'l quddiem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow