Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT It-tieni edizzjoni ta' The 10km L-istrina Palace Run se ssir fl-14 ta' Ġunju

PR260981
Date Icon 08/06/2026


It-tieni edizzjoni ta' The 10km L-istrina Palace Run b'risq il-Malta Community Chest Fund se ssir fl-14 ta' Ġunju.

Wara li l-ewwel edizzjoni tas-sena li għaddiet għaqqdet il-Kastell Verdala mal-Palazz ta' Sant'Anton, l-edizzjoni ta' din is-sena se tieħu lill-parteċipanti matul rotta ta' 10 kilometri mill-Palazz ta' Sant'Anton sal-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.

Dettalji dwar il-konferenza tal-aħbarijiet ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta' Sant'Anton, li matulha l-President ta' Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono rringrazzjat lil dawk kollha li permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom qed jgħinu lill-Malta Community Chest Fund  biex tkompli tassisti lil dawk kollha li jiġu bżonn l-għajnuna tagħha.

Il-President ta' Malta fissret kif il-Malta Community Chest Fund tirċievi talbiet għall-għajnuna matul is-sena kollha, u li t-talbiet jirriflettu wkoll kundizzjonijiet u mard li dejjem jiżdied u jinbidel. Qalet li hu għalhekk li l-Malta Community Chest Fund, li tgħin lil dawk kollha li jirrikorru għandha, teħtieġ fondi matul is-sena kollha u l-bżonnijiet ikomplu jikbru sena wara l-oħra.

Il-Maġġur Richard Vassallo, li ħareġ b'din l-inizjattiva, tkellem dwar kif l-idea bdiet mix-xewqa tal-atleti li jkollhom attività oħra, minbarra l-Mixja tal-President, li fiha jistgħu jipparteċipaw u fl-istess waqt iħossu s-sodisfazzjoni li qed jgħinu lill-Malta Community Chest Fund.

Spjega kif wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, The 10km L-istrina Palace Run issa daħlet ukoll fil-kalendarju tal-atletika Maltija, u esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-interess u l-konkorrenza mill-atleti.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll minn Joe Micallef, l-organizzatur ewlieni ta' The Malta Marathon li qed jikkordina wkoll din l-edizzjoni ta' The 10km L-istrina Palace Run.

Hu tkellem dwar il-konkorrenza inkoraġġanti fl-edizzjoni ta' din is-sena, li mistennija tkompli tibni fuq is-suċċess tal-ġirja tas-sena li għaddiet, li matulha ħadu sehem kważi 800 persuna. Micallef fakkar li din l-attività mhix biss għal atleti professjonali, u ħeġġeġ lil dawk kollha li jħobbu l-ġiri anke bħala passatemp, biex jipparteċipaw.

Il-biljetti għal The 10km L-istrina Palace Run b'risq il-Malta Community Chest Fund jinsabu disponibbli fuq is-sit maltamarathon.com.

The 10km L-istrina Palace Run qed issir bl-appoġġ ta' diversi entitajiet tal-forzi dixxiplinari Maltin, fosthom il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta' Malta, LESA u Transport Malta, kif ukoll l-entitajiet kummerċjali Eurosport, Social Causes Fund, Fort Fitness, The Farsons Foundation, MCP Car Park u Star Fruit Limited.

Ritratti (DOI/OPR)

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT It-tieni edizzjoni ta' The 10km L-istrina Palace Run se ssir fl-14 ta' Ġunju
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT It-tieni edizzjoni ta' The 10km L-istrina Palace Run se ssir fl-14 ta' Ġunju
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT It-tieni edizzjoni ta' The 10km L-istrina Palace Run se ssir fl-14 ta' Ġunju
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT It-tieni edizzjoni ta' The 10km L-istrina Palace Run se ssir fl-14 ta' Ġunju
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow