AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-preżenza ta' pestiċida mhux awtorizzata, ossidu tal-etilen (“Ethylene Oxide").
Dan l-ossidju tal-etilen huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropea, iżda hu awtorizzat f'pajjiżi barra l-UE. Għalkemm il-konsum tal-prodott mhux ta' riskju immedjat, hemm riskju akbar jekk ikel differenti li jkun kontaminat b'din il-kimika jittiekel għal perjodu ta' żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista' jkun il-konsum ta' prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f'livell baxx.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Organic Brown Basmati Rice" |
| Ditta: | True Natural Goodness |
| Użin: | 1kg |
| Oriġini: | l-Indja / il-Pakistan |
| Numru tal-Lott: | 12668A |
| Data ta' durabbiltà: | 23/12/2026 |


Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown+356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923