Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jattendi s-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-Montenegro

pr260972
Date Icon 05/06/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela attenda s-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li sar f’Tivat, il-Montenegro. Waqt dan is-Summit il-Mexxejja ddiskutew kif jistgħu jkomplu jsaħħu l-kollaborazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-reġjun fi żmien ta’ sfidi ġeopolitiċi li dejjem qed isiru aktar kumplessi.

Matul il-laqgħat, il-Prim Ministru enfasizza dwar l-importanza li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u dawk tal-Balkani tal-Punent ikomplu jaħdmu flimkien biex jissaħħu s-sigurtà, l-istabbiltà u r-reżiljenza tal-kontinent kollu. Huwa sostna li permezz ta’ djalogu miftuħ, kooperazzjoni konkreta u sħubijiet b’saħħithom, l-Ewropa tkun f’pożizzjoni aħjar biex tindirizza l-isfidi preżenti filwaqt li tibni futur aktar sigur għaċ-ċittadini tagħha.

“Fir-realtajiet li qed ngħixu fihom, bl-isfidi li ħerġin mil-gwerer bejn l-Ukrajna u r-Russja u dawk tal-Golf Għarbi, il-kumplessità għall-kontinent tagħna qiegħda kulma jmur tiżdied. U allura ċertament it-triq ’il quddiem hija żgur dik li nwessgħu l-kooperazzjoni tagħna mad-dinja. U dan ir-reġjun huwa strateġikament wieħed mill-aktar importanti għalina biex nikkonsolidaw il-kontinent, insaħħu l-għaqda u l-prosperità għall-popli tagħna,” tenna l-Prim Ministru.

Id-diskussjonijiet waqt dan is-Summit iffukaw ukoll fuq il-progress fil-proċess ta’ integrazzjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq inizjattivi li qed iġibu benefiċċji konkreti liċ-ċittadini u lin-negozji fir-reġjun. Il-Prim Ministru saħaq li l-koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u dawn il-pajjiżi hija importanti ħafna biex tissaħħaħ il-qagħda ekonomika, ir-reżiljenza demokratika u s-sigurtà Ewropea.

“It-triq ’il quddiem hija li nkomplu nsostnu lil dawn il-pajjiżi fil-mixja tagħhom biex jibqgħu qrib l-Unjoni Ewropea u biex anke meta jkun il-waqt, jiġifieri meta jseħħu r-riformi kollha neċessarji u jilħqu l-kriterji stabbiliti kif kellna nilħqu lkoll kemm aħna, jissieħbu wkoll fil-familja tagħna,” qal il-Prim Ministru Robert Abela.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jattendi s-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-Montenegro
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jattendi s-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-Montenegro
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jattendi s-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-Montenegro
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow