Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet każwali għall-membru tal-Kamra tad-Deputati fit-2, 7, 9, 11, 8, 9, 12 u fit-3 Distrett Elettorali

PR260971
Date Icon 05/06/2026

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tieni, fis-Seba', fid-Disa', fil-Ħdax, fit-Tmien, fid-Disa', fit-Tnax u fit-Tielet distrett elettorali ċeduti rispettivament minn Dott. Robert Abela, Dott. Ian Borg, Dott Michael Falzon, Dott Miriam Dalli, is-Sur Clyde Caruana, Dott. Clifton Grima, Dott. Jonathan Attard u s-Sur Chris Fearne. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li se tirċevi nominazzjonijiet ta' kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtlew dawn il-postijiet ta' Membru tal-Kamra tad-Deputati.

Dawk il-kandidati li kkontestaw l-imsemmija distretti elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tat-30 ta' Mejju, 2026, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mis-Sibt, 6 sal-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2026, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar, bejn id-9.00 am u 12.00 pm. Applikazzjonijiet online jsiru permezz tal-website www.electoral.gov.mt mid-9.00 am tas-Sibt, 6 sa 12:00 pm tal-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2026.

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta' dawn l-elezzjonijiet każwali se jsir nhar il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2026, mid-9.00 am 'l quddiem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow