Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr260957
Date Icon 31/05/2026

Messaġġ maħruġ fil-31 ta’ Mejju 2026 fit-tmienja u kwart ta’ filgħaxija.

Uffiċjalment il-Kummissjunarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joe Camilleri għadu kemm infurmani verbalment li l-Elezzjoni Ġenerali 2026 intrebħet mill-Partit Laburista b’maġġoranza ta’ voti u Membri Parlamentari. Għada filgħodu jippreżentali r-riżultat b’mod formali.

Għalhekk, skont l-Artikolu 80 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, sejjaħt lil Dr Robert Abela għada, l-ewwel ta’ Ġunju 2026, fil-ħdax ta’ filgħodu, sabiex jieħu l-ġurament tal-Ħatra ta’ Prim Ministru ta’ Malta.

Mill-ġdid nirringrazzja lil kull min b’xi mod kien involut f’dan il-proċess demokratiku. 

Inħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex ilkoll flimkien inkomplu bil-ħidma b’risq xulxin, u nwettqu din il-ħidma permezz ta’ diskussjoni parteċipattiva, prudenti, meqjusa, u ċivili, fl-ispirtu li aħna lkoll ulied Malta.

Myriam Spiteri Debono

President ta’ Malta

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

Aktar Stqarrijiet Right arrow