STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
pr260954
30/05/2026
Issa li saru l-għaxra ta’ billejl tat-30 ta’ Mejju 2026 u ngħalqet il-votazzjoni għall-Elezzjoni Ġenerali 2026, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri, President ta’ Malta, tirringrazzja lill-elettorat li pparteċipa u eżerċita d-dritt tiegħu f’dan il-proċess demokratiku ta’ pajjiżna.
B’apprezzament, l-Eċċellenza Tagħha tirringrazzja wkoll lill-partiti politiċi li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat mexxew kampanja elettorali b’mod seren, kalm u matur. Dan huwa ta’ awgurju tajjeb għal li ġej.
Insellem lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Myriam Spiteri Debono
President ta’ Malta
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN