STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju, 2026
pr260952
29/05/2026
Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-Pubbliku li l-ħinijiet tal-votazzjoni nhar is-Sibt, 30 ta' Mejju, 2026, ser ikunu bejn is-7.00 am u l-10.00 pm bla waqfien. Kulħadd għandu jara li jmur fl-indirizz tal-post tal-votazzjoni li hemm miktub fuq id-dokument tal-vot tiegħu.
Fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li ma għandhomx bżonn għajnuna għal kull votant li jkollu bżonn għajnuna tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex jivvota.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf ukoll li kull persuna li tostakola jew iżżomm l-aċċess ħieles ta' votant milli jivvota jkun ħati ta' reat skont il-liġi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN