Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 30 ta’ Mejju, 2026

pr260947
Date Icon 28/05/2026

Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 30 ta’ Mejju, 2026

Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi, bil-għan biex tiffaċilita t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fil-5.30 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, 30 ta’ Mejju, 2026, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.

Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 82B, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94 u 122, 205, 207, 207 Kirkop, Pembroke – Naxxar,  se jitilqu mill-outstations fl-4.30 am. L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.00 am, flimkien mar-rotta Ċirkewwa – Naxxar.*  Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identità bħala Assistent Kummissjonarju Elettorali maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali. 

Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.

Dokument

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow