Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 30 ta’ Mejju, 2026

PR260941
Date Icon 28/05/2026

Irtirar ta' Dokumenti għall-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li l-Ħamis, it-28 ta' Mejju 2026, huwa l-aħħar jum li fih jista' jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, eks Trade Fair Grounds, in-Naxxar u mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta' Wara s-Sur, ir-Rabat, Għawdex, għall-votanti reġistrati f'Għawdex. Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl.   Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tmur personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali. Dawn il-votanti għandhom jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità. L-ebda dokument ieħor ma jista' jkun aċċettat għal dan l-iskop.

Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorġu mill-karozza privata, faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju, fl-istess karozza li waslithom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.

Skont il-liġi ma jistgħux jiġu stampati, jitqassmu jew jinġabru dokumenti tal-vot fid-29 u fit-30 ta' Mejju, 2026.

Mingħajr dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista' jivvota nhar jum il-votazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow