STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment massiċċ fil-każini tal-banda
Fl-aħħar ġimgħat, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ħadem qagħtih fuq ftehim mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda biex tkompli tissaħħaħ din il-parti tant importanti fil-kultura Maltija.
Din l-inizjattiva hi waħda nazzjonali bil-għan li l-Gvern ikompli jagħti appoġġ u sostenn lis-soċjetajiet tal-banda. Permezz ta' dan il-ftehim, qed jintlaħaq qbil li tinħareġ skema annwali, skema li tinħareġ kull Ottubru għall-ħames snin li ġejjin, sabiex il-każini tal-baned ikunu jistgħu japplikaw biex jiġi ffinanzjat proġett ta' tisbiħ u manutenzjoni tal-każini tagħhom.
Minn din l-iskema, kull każin tal-banda f'Malta jista' japplika għall-proġett li ma jaqbiżx il-€50,000.
Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qal kif matul l-aħħar snin, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għen lill-għaqdiet volontarji, fosthom soċjetajiet mużikali biex iwettqu il-proġetti tagħhom.
Farrugia kompla billi qal kif “illum qegħdin niffirmaw dan il-ftehim b'saħħtu ħafna, flimkien mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, li qed nissiġillaw dan il-ftehim li se jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-Public Works u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda sabiex il-proġetti tagħhom isiru realtà."
Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, Noel Camilleri qal kif “dalgħodu ntlaħaq il-qofol tal-ħidma li ilna naħdmu fuqha aħna bħala Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda u s-segretarjat parlamentari biex il-Public Works ikun jista' jgħin lis-soċjetajiet tal-banda, membri tal-Għaqda, fejn ikollhom bżonn rinnovazzjoni u manutenzjoni tal-każin tagħhom. Dan il-ftehim jkompli jibni fuq ix-xogħol li diġà sar f'dawn l-aħħar sentejn, li llum qed jiġi fformalizzat u hekk ser ikun hemm din l-iskema nazzjonali biex titkompla l-għajnuna mas-soċjetajiet tagħna."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN