Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika fil-komunità tal-Qrendi

pr260936
Date Icon 27/05/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, inawgura klinika fil-komunità fil-Qrendi.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif il-ftuħ tal-klinika komunitarja l-ġdida tal-Qrendi se jkun pass importanti biex ikomplu jissaħħu s-servizzi terapewtiċi u ta' podjatrija offruti fil-komunità. Id-domanda għal dawn is-servizzi qed tkompli tikber b'mod sostanzjali, kif juru ċ-ċifri tal-2025.

Il-Ministru Abela qal kif min din il-klinika ser jibdew jiġu offruti s-servizzi ta' podjatrija, speech and language pathology kif ukoll servizz tal-psikoloġija marbuta mas-saħħa mentali. Hu stmat li din il-klinika taqdi 'l fuq minn 1,600 persuna fis-sena.

F'Malta, ġew irreġistrati 12,660 sessjoni ta' Speech and Language Pathology (SLP) fil-community clinics u 6,290 sessjoni oħra fil-health centres. Fl-istess waqt, is-servizzi tal-podjatrija laħħqu 33,560 sessjoni fil-community clinics u 62,010 sessjoni fil-health centres.

F'Għawdex, is-servizzi fil-komunità komplew juru domanda qawwija, b'315-il sessjoni ta' SLP fil-community clinics, filwaqt li s-servizzi tal-podjatrija laħqu 8,790 sessjoni fil-community clinics u 4,600 sessjoni fil-health centres.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif dawn iċ-ċifri juru biċ-ċar kemm hemm bżonn ta' servizzi aċċessibbli qrib ir-residenti. “Din il-klinika l-ġdida tal-Qrendi se tkompli ssaħħaħ l-aċċess għall-kura fil-komunità u tappoġġa servizzi essenzjali li jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tan-nies", temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika fil-komunità tal-Qrendi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika fil-komunità tal-Qrendi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika fil-komunità tal-Qrendi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika fil-komunità tal-Qrendi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow