Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Pagament ieħor ta’ €500 għal studenti postsekondarji jew terzjarji

PR260932
Date Icon 26/05/2026

Il-Gvern investa €8 miljun oħra fiż-żgħażagħ, din id-darba permezz tal-allowancegħall-istudenti postsekondarji jew terzjarji. Miżura li bdiet titħaddem sentejn ilu, u li għandha l-iskop li jiġu megħjuna ġenituri ta' tfal li wliedhom jibqgħu jistudjaw full-time (jew kors li minkejja li jkun part-time jkun ikkunsidrat daqs full-time).

L-allowance ta' €1,500 hu maqsum fi 3 pagamenti ta' €500 u eliġibbli għalih huma dawk li fil-bidu tas-sena skolastika jkunu għalqu 16-il sena iżda mhux 21 sena.

Dan il-benefiċċju beda jitħallas tul dawn l-aħħar ġranet, b'dawn il-flus jingħataw minbarra l-istipendju li jkun qed jirċievi l-istudent. L-allowance jitħallas b'mod awtomatiku mingħajr ħtieġa ta' applikazzjoni.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon stqarr, “Hawnhekk qed naraw 13,500 familja li ser ikunu qed jirċievu dawn il-pagamenti sabiex inkomplu nagħtu sostenn għaliex verament nemmnu fl-edukazzjoni. Il-kelma tagħna hija kuntratt, u għalhekk ser nibqgħu nagħtu l-aqwa futur lill-istudenti kollha."

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima fakkar fl-għajnuna li tingħata lill-istudenti u l-familji tagħhom f'mument tant importanti fil-perkors tal-edukazzjoni tagħhom, meta jkunu qed jibnu l-pedament tal-futur tagħhom.

“Nemmnu fir-riżors uman għaliex dan huwa l-aqwa riżors li għandu l-pajjiż. Huwa għalhekk li ninvestu dirett fl-istudenti minn kmieni u nibqgħu ninvestu fihom matul il-perkors edukattiv kollu, mhux biss bl-istipendji, grants u sponsorships, imma wkoll b'għajnuna oħra bħal din li qed nerġgħu nħabbru llum. Matul dawn l-aħħar snin, neħħejna piżijiet finanzjarji minn fuq il-familji, bi trasport, eżamijiet u programmi oħrajn b'xejn, daħħalna miżuri u żidna l-istipendji filwaqt li implimentajna wkoll inċentivi biex nagħtu sostenn lill-istudent, u l-familja tiegħu. Dan il-grant huwa biss ħolqa waħda ta' appoġġ u sostenn li qed nagħtu," spjega l-Ministru Grima.

Intant din il-ġimgħa wkoll hemm ukoll 726 familja oħra li wkoll qed jirċievu l-Għotja Diġitali ta' €500 oħra għal studenti tal-10 u l-11 sena. Dawn il-familji kienu għadhom ma rċevewx din l-għotja u b'hekk qed jingħaqdu ma' 7,485 familja oħra li diġà rċevew din l-għotja fil-ġimgħat li għaddew. B'kollox minn din l-għotja bbenefikaw kważi 8,500 student ieħor.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow