Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026

PR260924
Date Icon 26/05/2026

Dokumenti tal-vot ta' pazjenti fl-isptarijiet

Il-Kummissjoni Elettorali tappella lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karen Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex (li kienu hemm reġistrati bħala pazjenti sas-6.00 pm tat-Tnejn 25 ta' Mejju) biex, jekk għad għandom id-dokument tal-vot tal-pazjent, dawn għandhom immedjatament jikkonsenjaw dan id-dokument lill-pazjent biex ikun jista' jivvota fl-isptar fejn hu rikoverat il-Ħamis, 28 ta' Mejju.

Min iżomm dokument tal-vot ta' ħaddieħor ikun qiegħed effettivament iċaħħadlu d-dritt tal-vot u dan hu kontra l-liġi, li tgħid li min “ikun fil-pussess illeġittimu ta' xi dokument għall-votazzjoni... hu ħati ta' reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa jew priġunerija jew multa u priġunerija flimkien" (Art. 112, Kap. 354). 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li meta jinqala' każ bħal dan, tiddaħħal l-Awtorità tal-Pulizija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow