STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imħabbra l-kunsilli lokali li se jibbenefikaw mill-iskema tal-attivitajiet kulturalii
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ħabbret li 42 kunsill lokali, 33 lokalità f’Malta u 9 f’Għawdex, se jibbenefikaw mill-iskema tal-attivitajiet kulturali b’finanzjament ta’ €780,000 biex jorganizzaw diversi festivals, kunċerti u inizjattivi komunitarji li jkomplu jsaħħu l-identità kulturali tal-lokalitajiet.
“Se nkomplu ninvestu fil-komunitajiet tagħna u fil-kunsilli lokali. Din id-darba permezz ta’ skema oħra ddedikata għall-attivitajiet kulturali annwali. Permezz ta’ din l-iskema maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali se jkunu investiti fil-qalba tal-komunitajiet tagħna, sabiex iċ-ċittadini jgawdu dak kollu li jagħmilna Maltin,” saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.
Is-segretarju parlamentari tat ħarsa lejn il-ħidma mwettqa f’dawn l-aħħar snin mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Kunsilli Lokali u Reġjonali. Permezz ta’ żieda sostanzjali fl-allokazzjonijiet finanzjarji lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali u l-implimentazzjoni tal-Viżjoni Strateġika 2023–2030, komplew iwasslu għal servizzi aktar effiċjenti u komunitajiet aktar nodfa u sostenibbli. Dan apparti li ħarġu numru ta’ skemi, ġew imsaħħa r-reġjuni, twettqu proġetti ta’ diġitalizzazzjoni u ġew introdotti programmi ta’ taħriġ għall-uffiċjali u l-membri eletti.
Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, Emil Vassallo, qal li l-ħidma koordinata bejn id-diviżjoni, il-kunsilli u r-reġjuni wasslet għal titjib sostanzjali fis-servizzi u professjonalizzazzjoni kontinwa tas-settur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN