Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 30 Ta’ Mejju, 2026

pr260919
Date Icon 24/05/2026

Tqassim ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

Kif diga’ tħabbar, il-Kummissjoni Elettorali minn għada sal-Ħamis, it-28 ta’ Mejju, se tqassam id-dokumenti għall-votazzjoni li fadal mill-Uffiċċju tagħha fin-Naxxar u, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju Elettorali, fir-Rabat, Għawdex. 

Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex: 

a. dawk il-votanti li ma jifilħux jimxu, jitwasslu b’karozza privata sal-Uffiċċju Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, in-Naxxar.  Il-Kummissjoni Elettorali titlob li f’dawn il-każi, barra l-votant u x-xufier tal-karozza jkun hemm persuna oħra biex, wara li l-karozza twaqqaf viċin, din il-persuna tkun tista’ tidħol bil-Karta tal-Identità u turi lill-Kummissjonarji fejn tkun ipparkjata l-karozza bil-votant biex jingħatalu l-vot. 

b. l-istess servizz jingħata lill-votanti f’Għawdex li ma jkunux jifilħu joħorġu mill-karozza privata ħdejn l-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, ir-Rabat, Għawdex. 

c. Fejn hemm każi ta’ votanti anzjani jew morda li ma jistgħux jitwasslu biex jiġbru d-dokument, il-Kummissjonarji jagħmlu sforz biex iwassluhulom huma stess fid-djar.  Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Elettorali titlob li l-votanti nfushom jew xi qarib ta’ dawn il-votanti għandu jmur jew iċempel l-Uffiċċju Elettorali fuq 25583240 biex jagħti d-dettalji meħtieġa. Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex jagħmel użu ta’ dan is-servizz biss fejn hu assolutament meħtieġ. 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li kull min irid jiġbor id-dokument għall-votazzjoni jrid bilfors jiġbor id-dokument personalment u billi jippreżenta l-Karta tal-Identità.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow