STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Għaddejja t-tieni fażi tax-xogħlijiet f’Wied Inċita
Jitħawlu 190 siġra mis-Sliema Wanderers Youth Academy
Permezz ta’ inizjattiva bejn Sliema Wanderers Youth Academy u Ambjent Malta, tħawlu 190 siġra bħala parti mit-tieni fażi ta’ Wied Inċita f’Ħ’Attard. Dan il-park se jikber b’7,000 metru kwadru ieħor.
Numru ta’ tfal rappreżentanti tas Sliema Wanderers Youth Academy flimkien mal-familji tagħhom ipparteċipaw fl-attivitajiet edukattivi u ambjentali.
Il Ministru għall Ambjent, Miriam Dalli, attendiet l avveniment u żaret ix-xogħlijiet flimkien mal-membri tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard u uffiċjali ta’ Ambjent Malta.
Filwaqt li ngħaqdet mat-tfal waqt it-tħawwil tas-siġar, tkellmet dwar ix xogħlijiet li bħalissa għaddejjin f’Wied Inċita li jinkludu interventi ekoloġiċi, proġetti ta’ restawr ambjentali u tkabbir tal-park.
“Grazzi għall-inizjattiva ta’ Sliema Wanderers Youth Academy, qed inħawlu aktar siġar fit-tieni fażi tal-proġett ta’ Wied Inċita. Diġà ftaħna l-ewwel fażi ta’ Wied Inċita; 20,000 metru kwadru ta’ spazju ambjentali għall-familji. Fit-tieni fażi se naraw 7,000 metru kwadru biex imbagħad inkomplu nespandu dan il-park f’Ħ’Attard,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.
F’dan il-park ser jitħawlu diversi siġar lokali u indiġeni bħala parti mix xogħlijiet li għaddejjin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN