Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

PR260907
Date Icon 22/05/2026


Korsijiet ta' Animal First Aid fil-komunitajiet

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, nedew espressjoni ta' interess għall-Kunsilli Lokali sabiex isiru korsijiet għar-residenti ta' Animal First Aid fil-binjiet tal-kunsilli lokali.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li żżid l-għarfien u l-ħiliet bażiċi relatati mal-ewwel għajnuna għall-annimali, filwaqt li tippromwovi aktar il-ħarsien xieraq tal-annimali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li din l-inizjattiva nibtet minn proposta dwar kif iċ-ċittadini jistgħu jingħataw taħriġ bażiku fl-ewwel għajnuna għall-annimali. “Malli smajna din il-proposta, ħassejna li kienet inizjattiva ta' valur li tista' tagħmel differenza reali fil-komunitajiet tagħna. Għalhekk ħdimna biex inwasslu dan il-proġett permezz tal-Kunsilli Lokali, sabiex aktar sidien ta' annimali jkollhom l-opportunità jitgħallmu ħiliet li jistgħu jsalvaw il-ħajja tal-annimali tagħhom," qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said, qalet li dawn il-korsijiet huma pass ieħor biex tkompli tissaħħaħ il-kultura ta' responsabbiltà u kura lejn l-annimali fil-komunitajiet. “Permezz ta' din l-inizjattiva, qed nagħtu aktar għodod u għarfien lis-sidien tal-annimali sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu b'mod immedjat u sigur f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Dawn huma ħiliet importanti li jistgħu jgħinu f'każijiet bħal heatstroke, choking jew avvelenament, fejn first aid immedjat jista' jipprevjeni li l-kundizzjoni tal-annimal tiggrava u saħansitra jsalva ħajtu qabel ma jasal għand veterinarju."

Id-Direttur Ġenerali Emil Vassallo qal li l-Kunsilli Lokali se jipprovdu riżorsi bħall-binjiet tal-kunsilli lokali fejn se jsiru l-korsijiet, kif ukoll jagħtu appoġġ fil-promozzjoni tagħhom sabiex jattiraw aktar parteċipanti.

Id-Direttur Ġenerali tal-Animal Welfare Dennis Sciberras spjega kif il-korsijiet se jipprovdu taħriġ prattiku dwar kif wieħed għandu jirreaġixxi f'emerġenzi li jinvolvu annimali, fosthom f'każijiet ta' choking, CPR għall-annimali, kura tal-feriti u avvelenament, sabiex tingħata kura immedjata u sigura sakemm tasal l-assistenza veterinarja.

L-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-inizjattiva se titmexxa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, filwaqt li t-taħriġ se jingħata minn edukaturi kwalifikati u magħżula mid-Direttorat tal-Animal Welfare. Dawn il-korsijiet għandhom jibdew minn Ottubru li ġej.

Ritratti: DOI/MCLG_PS/MAFA_PS

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow