Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ​Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026

pr260906
Date Icon 21/05/2026

Votazzjoni Bikrija

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f'jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, it-30 ta' Mejju, 2026, u li ser jagħmlu dan b'dikjarazzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, it-23 ta' Mejju, 2026, għandhom jagħmlu din id-dikjarazzjoni sa nofsinhar tal-Ġimgħa, it-22 ta' Mejju, 2026 (ħin ta' Malta).

Onlajn – websajt: https://electoral.gov.mt/advanced-mt

Fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar u fl-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta' Wara s-Sur, ir-Rabat, Għawdex, sal-Ġimgħa, it-22 ta' Mejju, 2026, mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Kull applikant għandu jġib il-karta tal-Identita' tiegħu.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fit-23 ta' Mejju, 2026 illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti In-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow