AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieviet mingħand l-operatur involut, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bil-Listeria monocytogenes.
Is-sintomi tal-infezzjoni bil-Listeria monocytogenes jistgħu jinkludu sintomi ħfief simili għall-influwenza, jew sintomi gastrointestinali bħal dardir, rimettar u dijarea. F'każijiet rari, l-infezzjoni tista' tkun aktar severa, u tikkawża kumplikazzjonijiet serji. Xi nies huma aktar vulnerabbli għall-infezzjonijiet bil-Listeria monocytogenes, inklużi nisa tqal, trabi, u nies b'sistema immunitarja dgħajfa, inklużi l-anzjani. Il-perjodu ta' inkubazzjoni (iż-żmien bejn l-infezzjoni inizjali u d-dehra tal-ewwel sintomi) huwa ta' medja ta' 3 ġimgħat iżda jista' jvarja bejn 3 u 70 jum.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Faqqiegħ, 'Enoki Mushrooms' |
| Ditta: | Greenbox limited |
| Oriġini: | Iċ-Ċina |
| Użin: | 100g |
| Numru tal-Lott: | G22014 |

Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown+356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-3:00 p.m., jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN