STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026
Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li d-dettalji tal-persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riservi) fl-Elezzjoni Ġenerali ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Mejju, 2026.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li se jservu (inklużi r-riservi) fis-26 ta' Mejju, 2026, illi se jkunu jistgħu jivvotaw biss is-Sibt it-23 ta' Mejju, 2026. Il-kumplament tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riservi) se jkunu jistgħu jivvotaw biss it-Tlieta s-26 ta' Mejju, 2026, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jekk huma votanti rreġistrati fuq Malta u fil-Farm Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija jekk huma votanti rreġistrati fuq Għawdex. L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni għandhom jattendu personalment fil-post u data indikata u jippreżentaw id-dokument tal-vot biex jivvotaw. Il-ħinijiet ikunu dejjem mis-7.00 am sal-10.00 pm bla waqfien.
Bla ebda mod ma jkun possibbli li dawn il-persuni hekk maħtura jivvotaw is-Sibt it-30 ta' Mejju, 2026, anke jekk jirtiraw mill-kariga.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN