Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Iffirmat L-aqwa Ftehim Kollettiv fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

PR260882
Date Icon 19/05/2026

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ippresjeda fuq l-iffirmar tal-aqwa Ftehim Kollettiv għall-gradi legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-għan ta' dan il-ftehim huwa li jkompli jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u tal-professjonisti legali, filwaqt li jkompli jinvesti fil-kapaċità u l-effiċjenza tal-istituzzjoni.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim, il-Ministru Jonathan Attard spjega kif dan huwa t-tieni ftehim kollettiv li qiegħed jiġi ffirmat minn kemm ilu responsabbli mis-settur tal-ġustizzja wara li fl-2022 kien ippresjeda fuq l-ewwel iffirmar għal dan l-Uffiċċju.

“Dan il-ftehim ikopri l-gradi legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jirrifletti l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti b'mod sostenibbli fil-ġustizzja u fil-professjonisti li jaħdmu fiha. Qegħdin inkomplu nsaħħu l-pakkett finanzjarju sabiex jirrifletti r-responsabbiltajiet dejjem jikbru tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li qed ikomplu jinħolqu kundizzjonijiet aħjar biex l-Uffiċċju jattira u jżomm aktar professjonisti legali fis-servizz pubbliku," saħaq il-Ministru Attard.

Dr Attard kompla biex jispjega wkoll li dan il-ftehim ma jiffokax biss fuq il-kundizzjonijiet finanzjarji, iżda jsaħħaħ ukoll l-inċentivi għall-istudju u għall-iżvilupp professjonali kontinwu permezz ta' taħriġ, korsijiet u opportunitajiet professjonali oħra.

Il-Ministru semma kif il-Gvern kompla jinvesti b'mod sostanzjali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, tant li llum l-Uffiċċju qed igawdi minn baġit ta' €7 miljun, aktar mid-doppju ta' dak li kellu fil-bidu tal-leġiżlatura, filwaqt li fl-aħħar baġit ġiet irreġistrata żieda ta' 27% fuq l-allokazzjoni finanzjarja tas-sena ta' qabel.

Huwa rrimarka wkoll fuq it-tkabbir fir-riżorsa umana tal-Uffiċċju. Filwaqt li fl-2022 kien hemm 26 avukat u żewġ prokuraturi legali, illum l-Uffiċċju jinkludi 76 avukat u 36 uffiċjal amministrattiv.

Il-Ministru Attard sostna li r-riforma fil-prosekuzzjonijiet qed tħalli riżultati konkreti, b'żieda fil-kapaċità u l-ispeċjalizzazzjoni tal-prosekuturi fi ħdan units differenti, fosthom dawk marbuta ma' reati finanzjarji, reati kontra l-persuna, terroriżmu u reati kontra l-beni. Huwa żied li bejn Ottubru 2020 u Settembru 2025 l-Uffiċċju fetaħ 1,194 każ kriminali, filwaqt li ġew konklużi 1,890 kumpilazzjoni. Minn Jannar sa Settembru tas-sena li għaddiet biss inħarġu 57 att ta' akkuża u 267 Artikolu.

Il-Ministru rringrazzja lis-Segretarju Permanenti Johan Galea, lill-uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali (IRU), lill-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), lill-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg u lill-ħaddiema kollha tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għall-ħidma u l-kollaborazzjoni tagħhom matul in-negozjati.

L-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg irringrazzjat lill-partijiet kollha involuti u sostniet li dan il-ftehim se jkompli jsaħħaħ il-professjonalità, il-kapaċità u l-effiċjenza tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għall-ġid tal-ġustizzja u tal-poplu Malti u Għawdxi.

“Il-ftehim kollettiv li ffirmajna llum huwa t-tieni ftehim kollettiv għall-prosekuturi u għall-prokuraturi legali fi ħdan l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-għan u l-iskop ta' dan il-ftehim kollettiv huwa r-ritenzjoni tal-esperjenza fi ħdan l-Uffiċċju kif ukoll investiment fil-Prokuraturi kif ukoll fil-Prosekuturi legali li għandna f'dan l-Uffiċċju. Il-ħidma ta' dan l-Uffiċċju hija ħidma partikolari fejn għandna strument fil-qasam tal-ġustizzja kriminali fejn jitħaddmu wkoll il-prinċipji ta' professjonalità u ta' ġustizzja li huma riflessi f'dan il-ftehim kollettiv," qalet Dr Buttigieg.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella saħaq fuq l-importanza ta' dan il-ftehim sabiex il-professjonisti legali jingħataw kundizzjonijiet moderni u sostenibbli li jirriflettu r-responsabbiltajiet tagħhom.

Fost dawk preżenti għall-iffirmar ta' dan il-Ftehim Kollettiv kien hemm is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Johan Galea, is-Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joyce Cassar, rappreżentanti oħra mill-UĦM u kif ukoll mill-IRU.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Iffirmat L-aqwa Ftehim Kollettiv fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Iffirmat L-aqwa Ftehim Kollettiv fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow