STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026
PR260873
17/05/2026
Persuni residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li sas-Sibt 16 ta’ Mejju kienu residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li se jkunu jistgħu jivvotaw biss is-Sibt, 23 ta’ Mejju 2026 fl-istess faċilità.
Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra u li huma residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju 2026.
Il-ħin tal-votazzjoni huwa mis-7.00 am sal-10.00 pm bla waqfien.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN